Starlites champions tal-irġiel taħt is-sittax –il sena

Monday, April 14, 2014, 20:52

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/16 IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Athleta 62

Starlites 66

(15-16)(15-15)(17-19)(15-16)

Starlites huma c-champions ta’ taħt is-sittax –il sena tal-irġiel meta fil-finali tal-kampjonat għelbu lil Athleta 66-62 biex iċċelebraw ġurnata storika għalijhom hekk aktar qabel rebħu wkoll il-kampjonat ta’ taħt l-erbatax –il sena tat-tfajliet bla telfa. Ta’ min isemmi l-attendenza numeruża li kien hemm għal din il-finali u li kontinwament appoġjat liż-żgħażagħ ta’ fuq il-court. Athleta, taħt it-tmexxija ta’ Peter Farrugia għelbu lil Luxol fis-semi-finali fil-waqt li Starlites, taħt it-tmexxija ta’ Alfred Mifsud għelbu lil Hibs 69-63 f’partita ferm kumbattuta. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ wara li Isiah Riolo għamel l-ewwel erba’ punti tagħhom bi three pointer flimkien ma’ basket ta’ Thomas Grech. Athleta wieġbu b’basket ta’ Cesco Mifsud Bonnici qabel ma Alec Felice Pace għamel trippla oħra għal Starlites. Hawn Athleta kellhom risposta bi trippla ta’ Stefan Vinvic u basket minn Benoit Bartolo u naqqsu d-distakk għal punt. Starlites kellhom sitt punti oħra kollha minn Felice Pace biex marru 15-8 minn fuq. Athleta wieġbu bi break ta’ 7-0 b’baskets ta’ Vincic, Bartolo u Matthew Gouder però Starlites temmew is-sessjoni punt minn fuq 16-15. Fit-tieni perjodu kien hemm bidu tajjeb minn Athleta u l-punti ta’ Bartolo u Gouder rawhom jiftħu vantaġġ ta’ seba’ punti 26-19. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Owen Psaila flmkien mal-punti ta’ Kurt Camilleri u Grech biex sal-intervall reġgħu marru punt minn fuq 31-30.

Fit-tielet sessjoni Starlites komplew fejn ħallew lejn tmiem it-tieni perjodu u bdew bi tlett baskets mingħajr risposta minn Camilleri, Grech u Felice Pace. Athleta finalment wieġbu b’żewġ baskets minn Bartolo u Mifsud Bonnici però Starlies reġa’ kellhom erba’ punti oħra buex baqgħu seba’ minn fuq 41-34. Hawn Athleta speċjalment Benoit Bartolo kellhom mument mill-aqwa fejn għamlu tmien punti konsekuttivi biex marru fuq quddiem 42-41.  Għal Starlites reġa kien Grech flimkien ma’ Luke Scicluna li reġa poġġijhom minn fuq u huma żammew il-vantaġġ sa’ tmiem il-perjodu 50-47. Fl-aħħar sessjoni l-eċitament kiber speċjalment għal Starlites li bdew jitilfu players importanti bil-ħames foul. Però huma żammew vantaġġ stabbli fejn saħansitra kabbruh għal disa’ punti 62-53 wara punti minn Psaila u Alex Xuereb. Athleta għamlu l-aħħar sforz bil-punti ta’ Vincic u Bartolo resqu sa’ tlett punti ‘l bogħod mill-avversarji 61-64 però ma kienx għad fadlilhom ħin biex Starlites temmew il-partita 66-62 fost il-ferħ indeskrivibbli tal-partitarji numerużi tagħhom bis-sodisfazzjon ikun evidenti fl-uċuh ta’ persuni bħal Ivan Riolo u l-coach Alfred Mifsud. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Starlites Thomas Grech.

Athleta:Rado Krastev, Ryan Zammit, James Caruana, Stefan Vincic 19, Matthew Gouder 7, James Borg, Nathan Xuereb, Francesco Mifsud Bonnici 7, Benoit Bartolo 29, Ryan Tanti, Zack Esmail, Nicholas Chircop.

Starlites: Owen Psaila 5, Isiah Riolo 4, Ryan Paul Degiorgio, Mark Vella Bamber, Luke Scicluna 4, Mirco Azzopardi, Alec Felice Pace 21, Keith Chircop, Quentin Bugeja, Alex Xuereb 4, Kurt Camilleri 12, Thomas Grech 16.

Referees: Teemu Helenius, Zvezdam Dobrosaviljevic

Ritratti: MBA Facebook page: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.512148208890662.1073741925.113448038760683&type=1

 





Leave a comment