Starlites Champions tal-irġiel taħt is-sittax –il sena

Monday, May 6, 2019, 18:26

Kampjonat St. James Hospital Under 16 Men – FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 58

Starlites GIG 66

(17-12)(13-17)(18-15)(10-22)

Starlites komplew bis-suċċessi fil-kategoriji tal-Juniors meta rnexxielhom jerbħu wkoll il-kampjonat St. James Hospital ta’ taħt is-sittax –il sena tal-irġiel meta fil-finali għelbu lil Hibernians 66-58 quddiem attendenza numeruża u storbjuża. Fis-semi-finali, Hibs eleminaw lil Luxol fil-waqt li Starlites għelbu lil Gżira Athleta. Il-qofol ta’ Starlites intlaħaq fl-aħħar sessjoni fejn huma qalbu r-riżultat favurhom biex rebħu l-partita u l-kampjonat. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ fil-partita wara baskets minn Neil Cassar, Alex Zelalem u trippla ta’ Matthew Attard. Starlites wieġbu bi three pointer minn Marco Farrugia u marru minn fuq wara punti ta’ Matthew Barbara u Finlay Spencer. Hibs irkupraw għal darb’oħra permezz ta’ Zelalem u Gabriel Cassar biex temmew l-ewwel sessjoni 17-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien Zelalem li kabbar il-vantaġġ ta’ Hibs qabel ma Starlites wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta ta’ Sean Aquilina, Barbara u Bojan Stankovic. Hibs reġgħu ħadu vantaġġ ta’ sitt punti wara trippla ta’ Cassar iżda Starlites wieġbu b’run ta’ 9-2 li għalquha b’basket ta’ Miguel Palmier biex fl-intervall Hibs kienu punt minn fuq 30-29.

Fit-tielet taqsima Hibs kellhom bidu tajjeb bi trippla oħra ta’ Cassar u fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti però kif ġara fl-ewwel żewġ taqsimiet kellhom isofru r-rimonta ta’ Starlites din id-darba bit-three pointers ta’ Aquilina li naqqas l-iżvantaġġ għal punt. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Attard però Aquilina għalaq is-sessjoni bi trippla għal Starlites għal skor ta’ 48-44 favur Hibs. Fl-aħħar sessjoni, Starlites irnexxielhom imorru fuq quddiem hekk kif huma għamlu run deċisiva ta’ 13-2 bi trippla ta’ Jeremy Zammit flimkien ma’ Louie Farrugia u Stankovic. Hibs ippruvaw jirkupraw iżda tilfu lil Zelalem bil-ħames foul għalkemm kellhom il-punti ta’ Sutong He iżda Starlites kienu fil-kontroll u rebħu l-partita 66-58. Fi tmiem il-finali, l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Starlites Matthew Barbara fost il-ferħ tal-players u d-diriġenti tagħhom.

Hibernians: Justin Borg, Andrew Scicluna, Neil Cassar 4, Duane Zammit, Javier Aquilina, Marvin Amonson, Sutong He 4, Francesco Gellel, Jake Formosa 4, Matthew Attard 18, Alex Zelalem 17, Gabriel Cassar 11.

Starlites: Sean Aquilina 18, Jeremy Zammit 5, Luigi Aguilar, Matthew Barbara 4, Neil Sultana, Finlay Spencer 6, Marco Farrugia 3, Louie Farrugia 11, Andre Micallef, Bojan Stankovic 14, Miguel Palmier 5.

Referees: Kamil Dworniczak, Ivica Simic, Nathan Xuereb





Leave a comment