- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Starlites Champions tal-irġiel taħt is-sittax –il sena

Posted By sportinmalta1 On April 23, 2018 @ 7:02 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat St. James Hospital Under 16 Men – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 73

Starlites GIG 85

(15-25)(22-26)(16-16)(20-16)

Quddiem folla mill-isbaħ u ferm storbjuża Starlites Gig rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena meta fil-finali għelbu lil Gżira Athleta 85-73 f’partita mill-isbaħ. Matul l-istaġun regolari, Athleta kienu kisbu żewġ rebħiet fuq Starlites 72-53 u 61-59 u fis-semi-finali għelbu lil Hibs 74-57 fil-waqt li Starlites eleminaw lil Depiro 83-56. Athleta kienu mmexxija minn Julian Naudi u Starlites mit-Taljana Marcella Calo. Kienu diversi ż-żagħżagħ li spikkaw f’din il-partita fosthom Eric u Ryan Abela tal-Athleta u Miguel Fabri, Jack Zammit u Matthew Scerri għal Starlites b’dan tal-aħħar ikollhu wkoll esperjenza fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Wara bidu bilanċjat fejn Athleta ħadu vantaġġ ta’ basket, Starlites wettqu reazzjoni u għamlu run ta’ 14-2 b’punti minn Andrea Vella, Zammit u Scerri biex marru 19-7 minn fuq. Athleta waqqfuhom bi trippla ta’ Edward Sciberras però Starlites ukoll kellhom żewġ three pointers minn Scerri u Fabri u temmew l-ewwel sessjoni 25-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta naqqsu d-distakk bil-baskets ta’ Eric Abela però Starlites komplew b’aktar three pointers minn Fabri u Zammit biex kabbru l-vantaġġ għal 17 –il punt. Athleta kellhom break qasir ta’ 7-0 bi three pointer ta’ Sean Galea bi Starlites jerġgħu jwieġbu b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 43-27. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex il-partita kompliet tisbieħ u Starlites daħlu jistrieħu 51-37 minn fuq.

Wara l-intervall, il-partita kompliet tkun eċitanti

Ritratt: Wally Galea

bit-team tal-Athleta jitħabtu biex inaqqsu l-iżvantaġġ però Starlites taw daqs kemm qalgħu u kellhom trippla oħra ta’ Scerri għal skor ta’ 61-47. Starlites komplew b’sitt punti oħra minn Scerri u Zammit biex temmew il-perjodu 67-53 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Athleta waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod wara punti minn Relja Mijovic u Ryan Abela. Huma komplew jitħabtu u d-distakk kompla jinżel hekk kif waslu sa’ seba’ punti però Starlites wieġbu bi trippla ta’ Zammit għal skor ta’ 78-67. Punti ta’ Ryan Abela reġgħu ressqu lil Athleta viċin però Starlites għalqu l-partita bil-punti ta’ Fabri u Scerri biex ħadu r-rebħa 85-73 fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji tagħhom. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Starlites Matthew Scerri biex Starlites għamlu d-double f’din il-kategorija wara s-suċċess tat-tfajliet.

Gżira Athleta: Edward Sciberras 3, Andrei Bozanic, Sean Galea 7, Kyle Borg, Sasha Mangion, Jordan Ellul, Isaac Xuereb, Trevor Abela, Relja Mitrovic 6, Mattea Mijovic 1, Eric Abela 30, Ryan Abela 26.

Starlites GIG: Luca Riolo 4, Andrea Vella 4, Matthew Barbara, Miguel Fabri 29, Miguel Palmier, Matthew Scerri 18, Samuel Mangianello, Ben Bezzina, Bojan Stankovic 5, Jack Zammit 25.

Refereees: Gordon Barbara, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/starlites-champions-tal-irgiel-taht-is-sittax-il-sena-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.