- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Starlites champions ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet

Posted By sportinmalta1 On March 26, 2018 @ 9:10 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat St. James Hospital U/16 – Nisa

minn Colin Schembri

Starlites 54

Luxol 40

(16-14)(10-11)(10-3)(18-12)

Starlites rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet għat-tieni sena konsekutiva meta fil-finali għelbu lil Luxol 54-40 f’partita li ntlagħbet quddiem pubbliku ferm numeruż. Starlites waslu sal-finali meta għelbu lil Siġġiewi 68-61 fis-semifinali fil-waqt li Luxol għelbu lil Hibs 53-52. Iż-żewġ timijiet għandhom coaches barranin li huma uċuh familjari b’Patricia Arguello coach ta’ Starlites u Vukassin Jandric coach ta’ Luxol. Starlites bdew il-partita b’żewġ baskets ta’ Kaya Mifsud fil-waqt li għal Luxol kien hemm risposta minn Louisa Buhagiar biex għal ħin twil iż-żewġ timijiet kienu kontinwament viċin xulxin. Fit-tieni perjodu, Starlites fetħu b’run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Catherine Cilia fost l-oħrajn biex marru 25-16 minn fuq. Luxol irkupraw meta kienu huma li għamlu break ta’ 9-0 b’żewġ baskets oħra ta’ Buhagiar flimkien ma’ Katrina Buhagiar u Martina Grech biex naqqsu d-distakk għal punt 26-25.

Fit-tielet perjodu Luxol kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti hekk kif kellhom biss 3 minn Grech u Buhaghiar. Minn naħa tagħhom, Starlites żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Cilia u Emma Jane Azzopardi biex temmew it-taqsima 36-28 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, Starlites bdew b’sitt punti oħra mingħajr risposta però Luxol ukoll wieġbu b’sitt punti oħra biex id-distakk baqa’ ta’ 8 punti 42-34. Baskets fuq kull naħa ħallew lil Starlites fuq quddiem u lejn it-tmiem huma kellhom punti konsekuttivi minn Thea Bugeja u Kaya Mifsud biex ħadu r-rebħa 54-40. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Starlites fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

Starlites: Emma Jo Degiorgio, Rebecca Micallef, Thea Bugeja 8, Kaya Mifsud 14, Andrea Saliba, Adjel Dingli 2, Shania Buhagiar, Georgina Bel Sol 2, Chaterine Cilia 14, Emma Jane Azzopardi 6, Sasha Lecuyer 8, Yanika Azzopardi.

Luxol : Emma Borg, Lisa Fenech Pace, Francesca Camilleri 6, Hayley Galea 2, Martina Grech 8, Louisa Buhagiar 14, Amelia Maranska 2, Valentina Selvaggi, Michelle Camilleri, Katrina Buhagiar 8, Amra Ryazapova.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/starlites-champions-ta-taht-is-sittax-il-sena-tat-tfajliet-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.