Starlites champions ta’ taħt is-sittax –il sena tal-irġiel

Saturday, April 8, 2017, 19:38

Kampjonat St. James Hospital U/16 – Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites 75

Athleta 50

(20-5)(17-24)(16-7)(22-14)

Starlites rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena tal-irġiel biex għamlu d-double f’din il-kategorija wara s-suċċess tat-tfajliet meta fil-finali għelbu lil Athleta 75-50. Fis-semifinali Starlites eleminaw lil Luxol b’rebħa tajba 75-29 u Athleta għelbu lil Luxol 78-48.Starlites kienu mmexxija tajjeb minn Isaac Pace u Ian Felice Pace li minkejja l-eta żagħżugħa mhux l-ewwel darba li ġew mgħajta mat-team tal-kbar. Starlites fetħu tajjeb u marru 10-1 minn fuq bil-punti ta’ Pace flimkien ma’ Matthew Scerri. Athleta wieġbu b’żewġ baskets ta’ Nathan Xuereb però punti ta’ Scerri u Matthias Schembri raw lil Starlites itemmu l-ewwel sessjoni 20-5 minn fuq. Fit-tieni taqsima l-logħob kien aktar maqsum hekk kif Athleta kellhom it-three pointers ta’ Edward Schembri, erbgħa b’kollox. Athleta naqqsu d-distakk għal seba’ punti però Starlites reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Pace li kellh u wkoll trippla biex fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 8 punti 37-29.

Wara l-mistrieħ Starltites komplew fejn ħallew u bdew b’run oħra ta’ 10-3 biex żiedu l-vantaġġ. Athleta bdew ibatu biex jagħmlu l-punti bi Xuereb magħsses sew. Wara punti minn Scerri u Louis Laffourcriere għal Starlites, kien l-istess Xuereb li wieġeb bi three pointer għall-Athleta però Starlites kienu għadhom 17 –il punt minn fuq 53-36. Fl-aħħar perjodu Athleta feħu bi trippla ta’ Relja Mitrovic però Starlites malajr wieġbu bil-punti ta’ Felice Pace u Scerri. Athleta kellhom il-punti ta’ Dylan Desira qabel ma Starlites kellhom break qasir ta’ 7-0 bi trippla ta’ Ben Bezzina. Starlites issa kellhom vantaġġ qawwi ta’ 27 punt biex aċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-unur u  rebħu l-partita 75-50. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ippreżenta t-trofew lil captain ta’ Starlites Isaac Pace fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

Starlites: Andrea Vella 1, Miguel Fabri 3, Matthias Schembri 6, Ian Felice Pace 11, Ben Bezzina 3, Isaac Pace 21, Matthew Scerri 15, Louis Laffourcriere 3, Luca Riolo 2, Bojan Stankovic, Jack Zammit 8, Jordan Bell 2.

Athleta: Edward Sciberras 12, Mateja Mijovic 1, Sean Galea 5, Jovica Mijovic 7,

Miguel Baldacchino, Dylan Desira 5, Nathan Xuereb 12, Jeremy Borg, Relja Mitrovic 3, Eric Abela 3, Arturs Astafjevs, Ryan Abela 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Brian Sly.





Leave a comment