Starlites champions bla telfa

Friday, March 22, 2013, 21:28

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minnColin Schembri

Starlites 57

Siġġiewi 52

(16-12)(19-16)(12-12)(10-12)

Ic-champions Starlites iċċelebrew ir-rebħ tal-kampjonat kontra l-ex champions Siġġiewi f’partita nteressanti. Starlites rebħu l-kampjonat mingħajr telfa bi tnax –il rebħa minn daqstant partiti. Għal din l-aħħar logħba Starlites taw ukoll ħin fuq il-court lil tfal minn nursery tagħhom fil-halftime u fi tmiem il-partita ċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat. Wara bidu bilanċjat fejn Siġġiewi ħadu vantaġġ ta’ punt 5-4, Starlites wieġbu b’sitt punti minn Steve Sammut u Robert Bonnici. Siġġiewi reġgħu ġabu l-iskor indaqs wara basket u trippla minn Clement Kodomaris però Starlites ħadu l-vantaġġ sa’ tmiem is-sessjoni 16-12. Il-partita baqgħet interessanti anke fit-tieni perjodu u wara li Starlites żiedu l-vantaġġ 22-14, Siġġiewi wieġbu bi trippla minn Samuel Mamo. Wara freethrows ta’ Gabor Szokreny, Siġġiewi komplew inaqqsu d-distakk però Starlites kellhom run ta’ 9-3 u fl-intervall kienu 35-28 minn fuq.

Siġġiewi fetħu t-tielet perjodu bi trippla oħra ta’ Mamo u komplew bi break ta’ 8-2 biex ġabu l-iskor indaqs 39-39. Starlites wieġbu bi break huma meta b’baskets tal-captain Saviour Bonnici u Robert Loporto għamlu 8 punti mingħajr risposta. Huma rnexxielhom itemmu t-tielet perjodu sebgħa minn fuq 47-40. Fl-aħħar taqsima l-punti bdew ġejjin bil-mod bis-Siġġiewi jnaqqsu d-distakk għal 5 punti 48-53. Il-partita ntemmew b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Starlites setgħu jiċċelebraw. Iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom hekk kif il-captain Saviour Bonnici rċieva t-trofew ta’ champions mingħand il-President tal-MBA is-Sur Paul Sultana. Starlites issa jħarsu b’ottimiżmu lejn l-istaġun li ġej meta mistennija li jilgħabu fl-ewwel diviżjoni.

Starlites: K. Galea, R. Loporto 17, R. Bonnici 2, J.C. Khalil 4, S. Bonnici 4, D. Garcia, C. Doublet, S. Sammut 19, G. Szokreny 7, B. Soler, A. Cutajar, F. Bartolo 4.

Siġġiewi: S. Mamo 12, JP Antoncic 2, G. Agius, A. Debattista, A. Cutajar, G. Coleiro 20, C. Kodomaris 18

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

Miscela D’Oro Mtarfa52

Mellieħa 68

(19-15)(13-17)(7-21)(13-15)

Iż-żewġ timijiet temmew limpenji tagħhom għal dan l-istaġun b’din il-partita li Mellieħa rebħu bl-iskor ta’ 68-52. Miscela D’Oro Mtarfa żammew il-pass mal-avversarji sal-halftime però ma rnexxielhomx itemmu l-istaġun b’rebħa fi staġun li fih huma taw ħafna esperjenza lil players żgħażagħ. Mtarfa ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippli minn Alex Psaila b’Samuel Aquilina jwieġeb għal Mellieħa. Iktar punti minn Aquilina raw lil Mellieħa jġibu l-iskor indaqs 12-12 però qabel intemmet is-sessjoni Malcolm Sammut kellhu trippla għal Mtarfa li spiċċawha b’vantaġġ ta’ 4 punti 19-15. Fit-tieni perjodu Mellieħa naqqsu d-distakk wara trippla minn Oliver Sammut però Darryl Schembri għamel żewġ baskets favur Mtarfa li żammew il-vantaġġ 26-22. Punti ta’ Paul Magro u Sammut raw lil Mellieħa jersqu punt taħt l-avversarji 27-28 u sal-intervall irnexxielhom jippareġjaw 32-32.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Mellieħa bdew aħjar mill-aversarji u għamlu disa’ punti mingħajr risposta bi trippla minn Joshua Aquilina. Wara li David Cini kellhu basket għall-Mtarfa, Mellieħa komplew b’ħames punti oħra mill-aħwa Aquilina. Sammut kiseb it-tieni trippla tiegħhu biex Mellieħa temmew is-sessjoni 53-39 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Mellieħa żiedu l-vantaġġ b’baskets minn John Muscat u Sammut qabel ma Mtarfa kellhom sitt punti konsekuttivi. Sammut għamel trippla oħra għal Mellieħa l-istess kif għamlu Matthew Borg u Malcolm Sammut għal Mtarfa biex Mellieħa rebħu l-partita 68-52.

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila 6, M. Borg 10, J. Attard 2, C. Calleja 5, M. Sammut 10, N. Grech 2, D. Farrugia 4, D. Schembri 9, D. Cini 2, M. Agius 2.

Mellieħa: B.Borg, S. Aquilina 26, J. Muscat 2, P. Magro 5, O. Sammut 19, J. Aquilina 12, J. Sant, R. Roznovski, M. Borg Anastasi 4.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

Phoenix Żmerċ Pub Qormi64

Floriana62

(20-17)(8-15)(10-22)(26-8)

 

Phoenix Żmerċ Pub Qormi temmew il-kampjonat b’rebħa fuq Floriana 64-62 wara li fl-aħħar sessjoni rnexxielhom jirkupraw distakk ta’ 17 –il punt. Phoenix kellhom nieqes lil Clayton Debono u Darren Debattista fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Mark Ciantar. Il-partita kellha bidu pjaċevoli hekk kif bdew ġejjin three pointers fuq kull naħa. Adrian Pace beda għal Floriana u kompla sieħbu Karl Cucciardi. Għal Phoenix kien hemm it-trippli ta’ Andres Toompere u Karl Azzopardi u tnejn minn Antoine Costa. Wara li Pace reġa’ wieġeb għal Floriana kien hemm trippla oħra fuq kull naħa minn Trevor Grech u Jeremy Curmi għal skor ta’ 20-17 favur Phoenix. Fit-tieni perjodu Floriana bdew bi tlett baskets mingħajr risposta. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Joe Vassallo u Costa però punti konsekuttivi minn Rihards Polis ħallew lil Floriana fuq quddiem. Qabel intemmet is-sessjoni Phoenix waslu sa’ basket il-bogħod mil-avversarji li però għalquha b’basket minn Cucciardi għal skor ta’ 32-28.

Wara l-mistrieħ kienu Phoenix li għamlu l-ewwel punti permezz ta’ Costa però Floriana kellhom run sabiħa ta’ 11-0 bi trippla oħra ta’ Cucciardi. Phoenix kellhom żewġ baskets però Floriana żiedu l-vantaġġ bi three pointers minn Curmi u u Polis. Huma rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 16 –il punt fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni Floriana kellhom vantaġġ komdu ta’ 17 –il punt 59-42 wara trippla oħra minn Curmi. Hawn però huma baqgħu jagħġġlu fl-attakki tagħhom u taw ċans lil Phoenix jerġgħu jidħlu fil-partita b’run ta’ 13-0 bi tlett three pointers. Floriana kellhom erba’ punti oħra però l-aħħar 9 punti tal-partita ġew minn Phoenix li ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 64-62.

Phoenix Żmerċ Pub Qormi:  C. Camenzuli 6, G. Micallef, J. Vassallo 4, K. Azzopardi 6, T. Grech 11, K. Genovese, A. Costa 19, A. Toompere 18.

Floriana: K. Borg, G. Cordina, R. Polis 10, J. Curmi 23, M. Pace, E. Farrugia, A. Pace 7, O. Shamala 8, K. Vella, K. Cucciardi 14.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni Finali

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

12

12

0

24

St. Nicholas Suns

12

8

4

20

Siġġiewi

12

8

4

20

Floriana

12

6

6

18

Mellieħa Tritones

12

5

7

17

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

12

3

9

15

Miscela D’Oro Mtarfa

12

0

12

12

 

 





Leave a comment