Starlites b’rebħa sorpriża fuq ic-Champions

Monday, January 20, 2014, 18:46

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

Starlites 69

Floriana Royce 65

(16-19)(19-16)(18-15)(16-15)

Ic-champions Floriana Royce kellhom ħasda oħra fil-kampjonat meta ġew megħluba minn Starlites 69-65 biex sofrew it-tielet telfa konsekuttiva u komplew jinqatgħu mill-postijiet ta’ fuq. Jidher li t-tmexxija Ġermaniża ta’ Christoph Stolp ghada ma bdietx tħalli l-effett mixtieq hekk kif il-coach Ġermaniż għadu jfittex l-ewwel rebħa tiegħu mac-champions. It-test għalih ikompli jsir iebes hekk kif il-ġimgħa d-dieħla jrid jiffaċja lil Athleta fil-finali tas-Shield. Starlites minn naħa l-oħra kellhom wirja tattikament perfetta u dixxiplinata u l-coach Ray Muscat ħalla l-istess ħames players fuq il-court tul il-partita kollha. Il-bidu kien jipprometti għac-champions hekk kif huma kellhom it-trippli ta’ Peter Shoults u Derek Elston flimkien mal-baskets ta’ Clayton Calleja biex marru 11-4 minn fuq. Starlites wieġbu permezz ta’ Marco Todorovic li kellhu żewġ baskets però Elston u Dirk Schembri rrispondew għal Floriana. Il-vantaġġ Furjaniż kiber għal disa’ punti 19-10 wara l-baskets ta’ David Agius u Shoutls iżda Starlites temmew il-perjodu bi tlett baskets wara xulxin biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 19-17. Huma malajr ġabu l-iskor indaqs fil-ftuħ tat-tieni taqsima wara punti ta’ Todorovic u Robert Bonnici però Floriana reġgħu feġġew fuq quddiem bit-trippli ta’ Elston u David Camilleri. Starlites ma ċedewx u l-baskets kontinwi ta’ Todorovic flimkien ma’ trippla ta’ Saviour Bonnici u basket ta’ Robert Loporto tawhom vantaġġ ta’ punt 33-32. Minkejja li Elston għamel it-tielet trippla tiegħhu, basket ta’ Bonnici ġab l-iskor indaqs fil-halftime 35-35.

Fit-tielet taqsima l-vantaġġ bidel l-idejn għal diversi drabi. Bonnici u Todorovic poġġew lil Starlites darbtejn fuq quddiem 37-35 u 41-38 wara li Camilleri għamel trippla għac-champions. Floriana kellhom break qasir ta’ 6-0 biex rmarru minn fuq però r-risposta ta’ Starlites ġiet b’run ta’ 12-3 li tathom vantaġġ ta’ 9 punti 53-46. Floriana wieġbu qabel intemmet it-taqsima b’baskets minn Clayton Calleja u Dirk Schembri. Fl-aħħar sessjoni Floriana qatt ma rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ minkejja lil għal diversi drabi ġabu l-iskor indaqs. Fis-sitt minuta kien hemm parita ta’ 59-59 iżda Todorovic kien ta’ dannu kbir fid-difiża Furjaniża u l-punti kontinwi tiegħu ħallew lil Starlites fuq quddiem sa’ tmiem il-partita għal skor finali ta’ 69-65.

Starlites: M. Todorovic 39, R. Loporto 4, R. Bonnici 13, A. Schembri, S. Bonnici 9, J. Curmi, A. Cutajar, B. Soler, J. Zammit, G. Coleiro 4.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 18, D. Camilleri 9, P. Shoults 9, S. Borg, B. Zammit 3, C. Calleja 12, D. Schembri 6, D. Agius 8.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Remax Citadel Siġġiewi 60

Pavi Depiro 71

(18-19)(14-16)(10-17)(18-19)

Pavi Depiro għamlu double fuq Remax Citadel Siġġiewi meta għelbuhom 71-60 u bir-riżultat tal-partita ta’ wara, telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika. Siġġiewi kienu għadhom fil-partita sat-tmien minuta tat-tielet sessjoni però fir-raba’ taqsima dehru rassenjati u rmew ix-xugaman kmieni. Għal Depiro kien hemm id-debutt mill-aktar posittiv tal-Awstraljan Matthew Adekponya li ħa post l-Amerikan Turrell Morris u kellhom nieqes lil Nigel Sultana. Wara bidu bilanċjat fejn Depiro ħadu vantaġġ minimu ta’ basket 4-2 u 6-4, Siġġiewi kellhom tlett baskets mingħajr risposta u marru 10-6 minn fuq bil-punti ta’ Ivo Hoeger. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Anton Axiaq flimkien ma’ Adekponya u trippla ta’ Andrew Aquilina. Fl-aħħar attakk tas-sessjoni Siġġiewi tilfu l-pusess b’shot magħġġel u Adekponya approfitta u trippla mal-buzzer poġġiet lil Depiro minn fuq 19-18. Siġġiewi fetħu t-tieni perjodu bi tlett baskets ta’ Hoeger flimkien ma’ Lee Ross fi break ta’ 8-2 biex reġgħu marru ħamsa minn fuq 26-21. Hawn Depiro għamlu run ta’ 8-0 bil-punti ta’ Samuel Bartolo, Abraham Portelli u trippla ta’ Adekponya u marru 29-26 minn fuq. Siġġiewi wieġbu b’baskets minn Chris Sammut u Ross  però Depiro kellhom żewġ baskets minn Adekponya u ieħor ta’ Roderick Vella biex daħlu jistrieħu 35-32 minn fuq.

Wara l-intervall, Siġġiewi għal darbtejn waslu sa punt ‘l bogħod mill-avversarji wara aktar baskets minn Hoeger b’Adekponya jżid l-iskor bi trippla ta’ Depiro. Fit-tmien minuta basket ta’ Ross ressaq lil Siġġiewi punt taħt l-avversarji però f’temp ta’ minuta u nofs Depiro kellhom tmien punti mingħajr risposta b’baskets minn Aquilina, Axiaq u Adekponya biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 52-42. Adekponya fetaħ l-aħħar taqsima bi trippla oħra u minkejja li Siġġiewi kellhom il-punti ta’ Ross, Depiro kabbru l-vantaġġ għal 16 –il punt 61-45. Alan Borg u Marco Matijevic wieġbu għal Siġġiewi però Aquilina kellhu trippla għal Depiro. Siġġiewi qatt ma rnexxielhom iniżżlu d-distakk taħt l-għaxar punti biex Depiro setgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 71-60.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Meier 2, C. Sammut 2, S. Sammut 2, A. Debattista, E.Xuereb 2, L. Camilleri, A. Borg 3, L. Ross 17, J.P. Antoncic, I. Hoeger 28, M. Mallia, M. Matijevic 2.

Pavi Depiro: R. Vella 7, M. Adekponya 33, A. Aquilina 10, A. Portelli 4, S.P. Bartolo 4, A. Axiaq 11, E. Lupo, I. Tanti 2, M. Agius.

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder, Teemu Helenius

A to Z Electronics Athleta 63

Bupa Luxol 90

(8-21)(17-19)(18-21)(20-31)

Bupa Luxol kisbu rebħa ferm importanti meta għelbu lil A to Z Electronics Athleta 92-63 fejn kellhom wirja stupenda l-Amerikan Michael Myers Keitt u Samuel Deguara. Athleta li normalment jispikkaw fil-logħob difensiv tagħhom din id-darba ma setgħux isibu tarf tal-koppja ta’ Luxol u ġew dominati speċjalment taħt il-boards fejn Luxol kellhom 63 rebound kontra id-29 tal-Athleta. Myers Keitt u Deguara għamlu l-ewwel punti tal-Luxol bl-Athleta jirrispondu bi trippla ta’ Steve Schembri. Hawn Luxol kellhom run qawwija ta’ 14-0 fejn il-punti tagħhom kollha waslu minn Myers Keitt u Deguara biex marru 18-3 minn fuq. Athleta waqqfu din ir-run bi trippla ta’ Omar Said però anke Myers Keitt għamel trippla għal Luxol biex huma temmew is-sessjoni 21-8 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Athleta bdew aħjar hekk kif kellhom it-trippli ta’ Chad Patus u Said biex fil-ħames minuta naqqsu d-distakk għal tlett punti 20-23. Luxol irkupraw u kellhom run ta’ 7-1 bi trippla minn Jean Paul Schembri bl-Athleta jkollhom aktar punti minn Patus flimkien ma’ David Bugeja. Fl-aħħar minuta, Luxol għamlu tmien punti oħra b’żewġ three pointers minn Myers Keitt u Schembri biex fl-intervall Luxol kienu 40-25 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel minuti qabel ma Athleta kellhom seba’ punti konsekuttiva b’żewġ baskets ta’ Michael Naudi u trippla ta’ Said. Luxol malajr wieġbu b’run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Schembri u baskets ta’ Myers Keitt u reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 24 punt 60-36.  Athleta għamlu 5 freethrows però Luxol kienu għadhom 61-43 minn fuq meta ntemmet is-sessjoni. Athleta bdew ir-raba’ taqsima b’żewġ baskets iżda hawn Luxol wieġbu b’run oħra qawwija ta’ 16-0 b’CJ Cordina jispikka flimkien ma’ Deguara. Cordina kompla bil-punti tiegħhu fosthom trippla għal skor ta’ 84-50. Bil-partita issa deċiża, Athleta rnexxielhom inaqqsu xi ftit id-distakk bi break ta’ 9-0 però Luxol ukoll kellhom sitt punti oħra biex rebħu l-partita 92-63.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, D. Bugeja 2, C. Patus 20, C. Galea, W. Spiteri, O. Said 13,  S. Pace 2, D. Ross, K. Baldacchino 2, S. Bischoff 2, S. Schembri 3.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 15,  M. Mercieca 2, A. Micallef, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri 9, N. Vasovic, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 37, A.Micallef Trigona,S. Deguara 29, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Pavi Depiro

6

5

1

11

445

377

A to Z Electronics Athleta

6

4

2

10

450

424

Remax Siġġiewi Citadel

6

3

3

9

385

367

Bupa Luxol

6

3

3

9

454

427

Floriana Royce

6

2

4

8

413

435

Starlites

6

1

5

7

349

466





Leave a comment