Starlites bl-ewwel rebħa tal-istaġun

Tuesday, March 26, 2013, 15:55

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Starlites Sports Experience 65

Phoenix Petrus Pizza Qormi 38

(20-13)(12-6)(14-9)(19-10)

 

Starlites Sports Experience kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Qormi 65-38 u bis-saħħa ta differenza ta’ baskets aħjar fl-konfront dirett qabżuhom fil-klassifika. Phoenix iħossu ħafna n-nuqqas tal-Amerikana Brittaney Thomas li għada sospiża biex Starlites approfittaw. Lindsey Pirotta li kellha partita verament tajba fetħet mal-ewwel bi trippla għal Starlites. Wara li Phoenix ippareġjaw b’basket ta’ Christine Scicluna, Pirotta għamlet 7 punti oħra bi trippla biex Starlites fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 13-7. Phoenix bdew ukoll ifallu l-freethrows biex Starlites żiedu l-vantaġġ b’baskets ta’ Marilou Cutajar u Ariana Grixti biex temmew il-perjodu 7 minn fuq 20-17. Fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni l-vantaġġ ta’ Starlites kompla jikber. Phoenix wieġbu permezz ta’ Alexis Cutajar u Adriana Demanuele però l-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Samantha Tabone ta’ Starlites għal skor ta’ 32-19.

Wara l-mistrieħ, Phoenix irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 10 punti 24-34 wara basket minn Demanuele. Fir-raba’ minuta Pirotta għamlet it-telet trippla tagħha flimkien ma’ punti minn Christine Sammut f’run ta’ 9-2 minn Starlites li reġgħat tathom vantaġġ komdu 46-28 fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar taqsim Phoenix kisbu l-ewwel punti pero Starlies wieġbu b’run ta’ 14-1 bi trippla oħra ta’ Pirotta u punti ta’ Sammut u Charlotte Riolo. Il-partita issa kienet deċiża u Starlites setgħu jikkontrollaw l-aħħar minuti biex ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 65-38.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 2, A. Grixti 2, S. Tabone 8, S. Cutajar, S. Galea, L. Pirotta 24, N. Attard, C. Sammut 16, S. Davies, M. Cutajar 13.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 6, V. Camilleri 2, C. Scicluna 3, Y. Agius, N. Said 2, A. Cutajar 15, J. Millo, A. Demanuele 10.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

 

Luxol 71

Honey Athleta 69

(18-19)(17-7)(8-23)(28-20)

 

F’partita mill-aktar interessanti c-champions Luxol kellhom jistennew sal-aħħar basket biex jegħlbu lil Honey Athleta 71-69. Jumejn wara d-diżappunt tat-tazza Louis Borg il-coach Christoph Stolp lagħab il-players kollha.  Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Aleksandra Ratomska u Chantelle Mifsud. Ir-risposta tal-Luxol bdiet ġejja bi trippla minn Becky Naudi biex sa’ nofs is-sessjoni  huma ppareġjaw 8-8 wara trippla minn Greta Zarb. Luxol marru minn fuq fis-sitt minuta bl-ewwel punti ta’ Mollie Williams pero trippla minn Leanne Sciberras fetħet break qasir ta’ 7-0 minn Athleta li temmew il-perjodu minn fuq 19-18. Wara li fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Zarb reġgħat poġġiet lil Luxol fuq quddiem, Athleta kellhom trippla oħra minn Sciberras u basket minn Ratomska. Hawn Luxol kellhom mument tajjeb meta għaqqdu break ta’ 12-0 kollhu minn Wiliams u Mandi Sciortino biex fis-seba’  minuta kienu 33-24 minn fuq. Sal-halftime kien hemm il-punti ta’ Ratomska u basket ta’ Paula Ellul biex Luxol daħlu minn fuq 35-26.

Wara l-intervall, Athleta reġgħu bdew b’sitt punti minn Sciberras u Lonnecke Calleja. Il-baskets ta’ Luxol ġew bil-mod u Athleta approfittaw u kellhom run ta’ 11-4 b’aktar punti minn Calleja u Madeline De Martino biex reġgħu marru fuq quddiem. Sa’ tmiem il-perjodu Luxol ma tjiebux biex Athleta ħadu vantaġġ ta sitt punti 49-43. Fil-bidu tal-aħħar taqsima Stolp kompla bil-players żgħażagħ fuq il-court forsi wkoll bi preparazzjoni għall-finali ta’ taħt it-23 sena. Three pointers minn Clementina Medina u Justine Busuttil Gaerty flimkien ma’ Paula Ellul rawhom jaslu sa’ basket taħt l-avversarji 58-60 fil-ħames minuta. Athleta wieġbu permezz ta’ Ratomsa u Sciberras biex reġgħu kabbru d-distakk u bdew l-aħħar minuta b’vantaġġ ta’ ħames punti 69-64. Hawn però c-champions irnexxielhom jagħmlu seba’ punti li bdewhom bi trippla ta’ Sarah Pace flimkien ma’ baskets minn Medina u Naudi li bl-aħħar basket tagħha tathom ir-rebħa fuq skor finali ta’ 71-69.

 

Luxol: S. Pace 7, M. Sciortino 4, C. Medina 9, B. Naudi 16, J. B. Gaerty 8, G. Zarb 5, P. Ellul 6, M. Williams 12, D. Muscat 2, M. Darmanin, K. Portelli 2.

Honey Athleta: M. De Martino 5, A. Ratomska 25, J. Xuereb, L. Calleja 10, L. Sciberras, M. Azzopardi Duca, E. Vella 2, M.C. Cilia, S. Vella, C. Ciantar, C. Mifsud 12.

Referees: Alfred Carbonaro, Jennifer Mangani

 

Hibs 33

Pavi Depiro 44

(10-11)(7-12)(6-17)(10-4)

 

Friski mis-suċċess fit-tazza Louis Borg ftit ġranet qabel, Pavi Depiro komplew ukoll bir-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Hibs 44-33. Iż-żewġ coaches, ċerti minn post fil-playoffs u ċerti wkoll mil-pjazzament finali, użaw diversi players żgħażagħ minn fuq il-bank tagħhom. Li l-partita kienet se tkun ta’ skor baxx dehret sa’ mill-ewwel minuti tant li fil-ħames minuta Hibs kellhom punt vantaġġ 4-3. Il-punti komplew ġejjin bil-mod bil-Hibs jiftħu vantaġġ ta’ ħames punti wara baskets minn Khadi Soune Sagna 10-5. Fl-aħħar żewġ minuti Depiro rkupraw dan id-distakk wara baskets minn Beverlee Zammit, Latisha Belcher u Francesca Biancho biex temmew l-ewwel sessjoni 11-10 minn fuq. Fit-t-ieni perjodu Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ għal darbtejn hekk kif il-punti tagħhom ġew kollha minn Sagna. Depiro kellhom il-punti ta’ Steffi De Martino u Belcher u għalqu t-taqsima bi trippla minn Samantha Brincat biex daħlu jistrieħu 6 minn fuq 23-17.

Wara l-intervall l-attakk ta’ Hibs kien saħansitra inqas mis-sessjoni ta qabel. Depir bdew bi break ta’ 8-3 biex fetħu vantaġġ b’figuri doppji 31-20 fil-ħames minuta. Antoinette Borg wieġbet għal Hibs bi trippla però De Martino wkoll wieġbet bi trippla għal Depiro li għalqu s-sessjoni bi break ieħor ta’ 9-0 għal skor ta’ 40-23. Fl-aħħar taqsima mbagħad kienu Depiro li naqqsu mil-punti tagħhom. Huma bdew b’basket ta’ Svetlana Micallef però mbagħad sofrew 10 punti mingħajr risposta. Lucienne Bezzina kellha trippla flimien ma’ punti minn Nadia Mifsud u Joselle Borg Cardona. Minkejja dan, Hibs ma rnexxielhomx li jsalvaw ir-riżultat u l-partita għalqet b’basket ta’ De Martino għal skor finali ta’ 44-33.

 

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 2, R. Scerri, L. Bezzina 4, F. Mfsud, M. Desira, L. Micallef, A. Borg 6, N. Mifsud 2, E. Micallef, J. Borg Cardona 6, K. Sagna 13.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud, F. Biancho 2, S. Brincat 5, M. Bonett, S. De Martino 8, M. Mifsud, M. Scicluna 2, L. Belcher 17, S. Micallef 4, B. Zammit 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Pavi Depiro

12

10

2

22

879

600

Luxol

11

10

1

21

812

547

Alyssa Ashley Loyola

10

7

3

17

685

594

Hibs

11

6

5

17

581

539

Honey Athleta

10

3

6

12

542

592

Starlites Sports Experience

11

1

10

12

426

712

Phoenix Petrus Pizza Qormi

11

1

10

12

496

837





Leave a comment