Starlites biss b’punti massimi

Thursday, November 29, 2012, 9:27

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

 

Phoenix vs Mtarfa

Phoenix vs Mtarfa

Siġġiewi 56

Mellieħa Tritones 32
(18-7)(13-8)(5-11)(20-6)

 

Siġġiewi rritornaw għar-rebħ u għelbu lil Mellieħa Tritones 56-32 biex ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat. Għal Mellieħa din kienet it-tieni telfa konsekuttivi wara li kienu bdew b’rebħa. Tgħid Mellieħa se jirnexxielhom jagħmlu żewġ partiti wara xulxin fejn il-players tagħhom iżommu l-istess numru tal-flokk? Intant għal Siġġiewi reġa’ deher Glenn Gauchi Grech fil-waqt li l-coach Karl Borg ukoll ħa sehem fil-partita bħala player. Petar Vulovic u Matthew Shoults kienu nieqsa għal Siġġiewi l-istess bħal Patrick Cauchi u Carlos Bugeja għal Mellieħa għalkemm irritorna għall-logħob Hilary Fenech. Siġġiewi marru 8-2 minn fuq u wara li Michael Borg Anastasi għamel trippla għal Mellieħa, c-champions għamlu run ta’ 10-0. Mellieħa għalqu l-perjodu b’basket minn Samuel Aquilina u fetħu t-tieni wieħed bl-ewwel punti ta’ Ian Curmi. Hawn il-punti naqsu għalkemm lejn it-tmiem Siġġiewi għamlu run ta’ 7-2 bi trippla ta’ Anthony Shoults għal skor ta’ 31-15.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa bdew b’5 punti mingħajr risposta b’Borg jagħjjat it-time out. Fis-sitt minuta Shoults għamel l-ewwel basket ta’ Siġġiewi pero’ Mellieħa wieġbu b’sitt punti oħra. Eżatt mal-ħorn, Gauchi Grech għamel trippla u kompla fil-ftuħ tar-raba’ waħda b’ħames punti oħra. Mellieħa dehru li se jerġgħu iwieġbu meta għamlu 4 punti konsekuttivi pero’ Siġġiewi b’Karl Borg fuq il-court għamlu run ta’ 11-0 bit-tielet trippla ta’ Gauchi Grech biex fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 52-30. Fil-ftit ħin li kien għad fadal, kien hemm spazju għall-punti taż-żgħażagħ Gabriel Agius u Samuel Mamo għal Siġġiewi li rebħu l-partita 56-32.
Siġġiewi: A. Debattista, G. Agius 2, S, Mamo 2, G. Gauchi Grech 13, JP Antoncic 4, L. Grima, K. Borg, E. Vella, A. Cutajar 2, C. Kodomaris 10, G. Coleiro 12, A. Shoults 9.

Mellieħa Tritones: E. Cutajar, M. Cauchi 4, M. Borg Anastasi 6, J. Muscat, S. Aquilina 8, P. Magro, O. Sammut, J. Aquilina 6, M. Camilleri, J. Sant, I. Curmi 6, H. Fenech 2.

Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin.

 

Starlites 61

St. Nicholas Suns 49

(13-14)(21-12)(15-6)(12-17)

 

Starlites għamluhom 3 minn 3 fil-kampjonat u baqgħu l-uniku team bla telfa wara li għelbu lil St. Nicholas Suns 61-49. Huma rreġistraw magħhom lil Gabor Szokreny ex-Floriana u żgur li se jkun utli għalijhom speċjalment taħt il-boards meta kellhu 16 –il rebound. Suns kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom pero’ ħassew il-ġurnata negattiva tal-aħjar skorers tagħhom Robert Mercieca u Igor Marjanovic. Il-partita kellha bidu nteressanti bis-Suns jieħdu l-ewwel vantaġġ 4-0 bi Starlites iwieġbu bi trippla minn Robert Loporto. Suns reġgħu marru minn fuq 7-5 qabel ma Starlites għamlu żewġ baskets identiċi minn Robert Bonnici b’assists perfetti minn Francois Bartolo. Suns wieġbu bi break ieħor ta’ 7-0 biex temmew is-sessjoni 14-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu Starlites fetħu bi break ta’ 6-0 bl-ewwel punti ta’ Szokreny. Wara waslu punti fuq kull naħa biex fis-seba’ minuta kellna parita 24-24. Starlites għalqu t-taqsima bi break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Saviour Bonnici biex fl-intervall kienu 34-26 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Suns reġgħu naqqsu d-distakk 30-36 pero’ r-risposta ta’ Starlites kienet immedjata b’run ta’ 9-1. Żewġ baskets oħra ta’ Szokreny għalqu l-perjodu bi Starlites minn fuq 49-32. Suns reġgħu naqqsu l-iżvantaġġ b’punti konsekuttivi ta’ Keith Scicluna u wara li Starlites bdew jagħġġlu fil-logħob tagħhom. Ray Muscat mal-ewwel għajat time-out u Starlites għamlu 5 punti biex kabbru l-vantaġġ għal 17 –il punt 59-42. L-aħħar sforzi ta’ Suns ġew minn Michael Barberi bi trippla flimkien ma’ Hubert Agius pero’ Starlites ikkontrollaw u rebħu l-partita 61-49.

 

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 10, R. Bonnici 12, J.C.Khalil 6, S. Bonnici 15, D. Garcia, C. Borg, K. Galea 2, G. Szokreny 16, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 2.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 13, S. Borg, R. Camilleri 5, J. Paris, H. Agius 11, M. Barberi 8, S. Kivshanov, R. Formosa 4, S. Farrugia, R. Mercieca 1, R. Camilleri, S. Cauchi 3, I. Marjanovic 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 61
Miscela D’Oro Mtarfa 59

(8-14)(11-11)(17-17)(25-17)

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat biex laħqu lil Mellieħa fil-klassifika. Huma għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 61-59 minkejja li għadhom mingħajr Justin Gambin fil-waqt li Imtarfa kienu bl-iskwadra kompleta tagħhom. Il-partita bdiet bi trippla fuq kull naħa minn Malcolm Sammut għal Mtarfa u Antoine Costa għal Phoenix. Mtarfa għamlu run ta’ 8-0 li temmewha bi trippla oħra ta’ Sammut. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet minn basket ta’ Kenneth Genovese u trippla ta’ Trevor Grech b’Imtarfa jagħlqu s-sessjoni b’punti minn Darryl Schembri għal skor ta’ 14-8. Fit-tieni sessjoni daħal jilgħab Clayton Camenzuli għal Phoenix u fl-ewwel parti tagħha kien hu li għamel il-punti biex naqqsilhom id-distakk. Wara li Phoenix waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 15-19, Mtarfa wieġbu b’iktar baskets ta’ Schembri. Camenzuli ħa żewġ offensive rebounds li sarrafhom f’4 punti biex fl-intervall id-distakk baqa’ l-istess 25-19.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Qormi reġgħu resqu viċin bi trippla oħra ta’ Costa qabel ma Depiro għamlu żewġ baskets oħra. It-timijiet komplew iwieġbu lil xulxin u t-trippli ta’ Costa ħallew id-distakk ta’ 2 punti favur Mtarfa 36-34 pero’ sat-tmiem huma reġgħu kabbru d-distakk għal 6 punti 42-36. Wara żewġ minuti mill-aħħar sessjoni Phoenix ippareġjaw 42-42 wara tlett baskets. Mtarfa ħadu l-vantaġġ għal darb’oħra imma għal ftit għax fir-raba’ minuta, Costa poġġa lil Phoenix għall-ewwel darba minn fuq 46-45. Il-partita baqgħet missielta għal ħin twil bil-vantaġġ jinbidel għal diversi drabi b’Costa jagħmel żewġ trippli biex Phoenix baqgħu minn fuq 60-59. Erba’ sekondi mit-tmiem Nicholas Grech kellhu l-ballun tar-rebħa pero’ tfixkel taħt il-board biex Phoenix ħadu r-ruħ u ħadu wkoll l-ewwel rebħa tal-kampjonat.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 13, G. Micallef, J. Vassallo 4, K. Azzopardi, D. Debattista, R. Curmi, T. Grech 7, K. Genovese 12, A. Costa 25, K. Vella.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino, M. Sammut 8, J. Attard, C. Calleja, JP Borg 2, N. Grech 14, A. Psaila, D. Debono 7, J. Viibe 4, D. Schembri 19, M Agius 5.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 





Leave a comment