Starlites b’rebħa importanti fuq Mellieħa

Tuesday, December 6, 2011, 18:52

ninn Colin Schembri.

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

 

Miscela D’Oro Mtarfa 57

Athleta 73

(3-19)(18-18)(21-15)(15-21)

 

Siggiewi vs Floriana

Siggiewi vs Floriana

Athleta ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 73-57 u ħallew lil dawn ta’ l-aħħar jiġru wara l-ewwel rebħa staġjonali. Athleta kellhom bidu tal-partita mill-aqwa u dan il-fattur rahom jibqgħu jikkontrallaw sat-tmiem. Wara li Mtarfa għamlu l-ewwel punt, kien hemm break ta’ 13-0 minn Athleta bi trippla ta’ Andre Azzopardi. David Cini għamel basket għal Mtarfa bl- Athleta jagħlqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta għal vantaġġ ta’ 19-3. Fit-tieni sessjoni l-logħob kien aktar maqsum bl- Athleta jiftħu vantaġġ ta’ 20 punt 29-9. Pero’ Mtarfa ġew lura bil-punti ta’ Darryl Schembri għalkemm sal-intervall kienu għadhom 21-37 minn taħt.

Il-bidu tat-tielet perjodu ukoll kien bilanċjat b’diversi baskets fuq kull naħa. Lejn it-tmiem Mtarfa għamlu run ta’ 13-4 biex naqqsu l-iżvantaġġ għal 10 punti 42-52. Aktar baskets ta’ Schembri ressqu lil Mtarfa viċin fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni 47-52 pero’ hawn Athleta għamlu run ta’ 10-0 b’diversi punti minn John Chircop. Ir-risposta ta’ Mtarfa baqgħet ġejja minn Schembri pero’ Athleta għamlu break ieħor ta’ 7-2 biex rebħu l-partita 73-57.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 12, J. Vella 2, J. Attard, C. Calleja 1, A. Milanovic 2, K. Mifsud 7, D. Cini 11, D. Schembri 22, F. Agius.

Athleta: H. Soufain, T. Mifsud Bonnici 12, M.G. Montalto 7, M. Krastev 14, M. Tong 9, Z. Borg 2, A. Azzopardi 19, J. Chircop 10.

Referees: Gordon Barbara, Emmanuel Mangani.

 

Mellieħa Tritones 49

Starlites 51

(12-10)(15-13)(13-14)(9-14)

 

Starlites irritornaw għar-rebħ u anke taw it-tieni telfa konsekuttiva lil Mellieħa meta għelbuhom bi skarsezza ta’ basket 51-49. Għal Starlites irritorna David Sultana pero’ għadu nieqes Bernardo Riolo l-istess bħal Joshua Aquilina għal Mellieħa. Mellieħa fetħu tajjeb bil-punti ta’ Yunes Kuwad li kien qiegħed jilgħab l-aħħar partita tiegħu. Wara basket minn Chris Doublet għal Starlites, Mellieħa wieġbu bi break ta’ 6-0 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti. Hawb pero wasal mument tajjeb għal Starlites li bi tmien punti wara xulxin temmew is-sessjoni 10-12 minn taħt. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin fit-tieni perjodu b’Mellieħa dejjem fuq quddiem. Starlites wieġbu bi trippli minn Robert Bonnici u Robert Loporto pero’ fl-intervall baqgħu fuq quddiem 27-23.

Fit-tielet perjodu Mellieħa saħħew il-vantaġġ wara trippla minn Michael Camilleri. Starlites naqqsu d-distakk għal darb’oħra wara basket minn Bonnici b’Oliver Sammut iwieġeb għal Mellieħa biex fit-tmiem is-sessjoni huma baqgħu 3 minn fuq 40-37. Fir-raba’ sessjoni Starlites marru minn fuq wara tlett baskets mill-aħwa Bonnici. Mellieħa reġgħu ħadu l-vantaġġ 44-43 pero’ hawn Starlites għamlu basket u trippla minn Loporto. Fl-aħħar 48 sekonda kien hemm parita 49-49 pero’ tlett sekondi mit-tmiem basket ta’ Savior Bonnici ta r-rebħa lil Starlites 51-49.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 4, Y. Kuwaid 23, J. Muscat 5, A. Mehmedov, O. Sammut 6, M. Camilleri 5, G. Coleiro 6, P. Cauchi.

Starlites: R. Loporto 10, R. Bonnici 20, C.Doublet 4, S. Bonnici 11, D. Sultana, C. Borg , A. Schembri 2, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 4.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Qormi 28

Bell Net SN Suns 58

(4-13)(6-10)(8-12)(10-23)

 

Bell Net SN Suns kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu li Qormi 58-28. Suns kellhom lil Robert Camilleri u Daniel Agius nieqsa u tilfu wkoll lil Hubert Agius matul il-partita b’injury fil-polz. Suns għamlu l-ewwel tmien punti tal-partita b’Qormi jwieġbu b’baskets ta’ Gary Micallef u Kenneth Genovese. Sat-tmiem kien hemm il-punti ta’ Robert Mercieca u Reno Camilleri u Suns temmew is-sessjoni 13-4 minn fuq. It-tieni perjodu kien nieqes mill-punti u wara l-ewwel erba’ minn Suns, Clayton Debono wieġeb għal Qormi. Qabel l-intervall kien hemm run qasira minn Suns ta’ 6-1 li daħlu jistrieħu 23-10 minn fuq.

L-andament ftit inbidel fit-tielet sessjoni li wkoll kienet ta’ punteġġ baxx. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Suns għamlu break ta’ 8-0 pero’ kienu Qormi li għalqu l-perjodu b’żewġ baskets għal skor ta’ 35-18 favur Suns. Fl-aħħar sessjoni Suns inqatgħu kompletament mill-avversarji hekk kif bdew ġejjin it-trippli ta’ Trevor Grech u Igor Marjanovic. Ir-risposta ta’ Qormi ġiet minn idejn Debono pero’ Suns għalqu l-partita b’sitt punti ta’ Keith Scicluna u ħarġu rebbieħa 58-28.

 

Qormi: C. Camenzuli, G. Micallef 6, K. Vella, K. Genovese 4, D. Debattista 6, C. Debono 12, S. Kivshanov, C. Kahraman,  D. Bugeja, S. Gauchi, C. Bugeja.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 12, H. Agius 2, M. Barberi 8, T. Grech 10, R. Mercieca 10, R. Camilleri 3, S. Cauchi, I. Marjanovic 13.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Siġġiewi 80

Floriana YTC Travel 59

(27-8)(13-18)(24-18)(16-15)

 

Siġġiewi wieġbu għar-rebħa ta’ Suns b’rebħa fuq Floriana YTC Travel 80-59 biex baqgħu bla telfa dan l-istaġun. Għal Floriana din it-telfa waslet wara żewġ rebħiet konsekuttivi. Siġġiewi rkupraw lil Jean Falzon pero’ kienu mingħajr Kris Farrugia u Floriana kellhom lil Andrew Barthet nieqes. Siġġiewi fetħu qawwi b’run ta’ 11-0 qabel ma’ Sean Galea wieġeb għal Floriana. Siġġiewi pero’ reġgħu għamlu run oħra ta’ 14-2 bi trippla ta’ Clayton Agius u temmew il-perjodu 27-8 minn fuq. Huma komplew jagħfsu fit-tieni sessjoni b’diversi punti ta’ Lee Grech f’run oħra ta’ 9-0. Hawn pero’ waslet run tajba minn Floriana ta’ 14-0 b’żewġ trippli ta’ Rihards Polis u naqqsu d-distakk 22-36. Matthew Shoults wieġeb għal Siġġiewi li fl-intervall kienu minn fuq 40-26.

Wara l-mistrieħ Siġġiewi reġgħu bdew tajjeb u għamlu run oħra ta’ 13-2 b’Agius jikseb it-tieni trippla. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Omar Shamala pero’ Jean Falzon għamel trippla għal Siġġiewi li marru 64-38 minn fuq qabel ma’ Floriana għalqu s-sessjoni bi break ta’ 6-0. Fl-aħħar perjodu Floriana naqqsu d-distakk għal 15 –il punt 52-67. Pero’ hawn ġiet run oħra ta’ 10-2 minn Siġġiewi li baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-perjodu 80-59.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 18, JP Antoncic 3, C. Agius 16, J. Doughty, L. Grech 15, A. Borg 2, M. Shoults 11, N. Falzon 2, E. Vella, J. Falzon 6, G. Agius 5, A. Shoults.

Floriana YTC Travel: M. Sapiano, J. Tanti, D. Garcia 2, R. Manicaro, L. Pavia 1, O. Shamala 24, M. Gauchi, R. Polis 17, R. Bezzina 6, S. Galea 9.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

 





Leave a comment