Stanley Ohawuchi jaghti rebha importanti lil Sliema

Sunday, September 1, 2013, 11:48
Minn Stephen Azzopardi
L-ewwel attakk perikoluz lejn il-lasta wasal fit-tieni minuta minghand Gilmar Da Silva Ribeiro ta’ Naxxar.  Fit-12 -il minuta il-gowler Slimiz f’diffikulta tefa’ l-ballun f’corner.  Minn dan il-corner f’kontrattakk Slimiz Pape Gueye igib lil Stanley Ohawuchi wahdu izda l-gowler Naxxari jaghlaq tajjeb.

Naxxar kellhom iwettqu bidla sfurzata meta fil-21 minuta Da Silva Ribeiro kellu jcedi postu u minfloku dahal Ousseni Zongo.
Fit-28 minuta Sliema jolqtu l-lasta permezz ta’ Gueye u mill-istess azzjoni jiskurjaw permezz ta’ Ohawuchi. Fit-42 minuta cans ghal Gueye li gie wahdu fil-kaxxa u falla bi ftit centimetri.
Fil-50 minuta ballun ta’ Ohawuchi jghaddi jmelles il-lasta.  Fit-62 minuta Osi Lucky Agboebina dahal minflok Marlon Briffa ghal Naxxar.  Fil-75 minuta cans perikoluz ghal Naxxar minn Agboebina.  Fis-76 minuta Naxxar iwettqu bidla ohra meta Victor Bellia jiehu post Louis Cutajar.  Fit-78 minuta Ohawuchi jaghmilhom 2-0 ghal Sliema meta gie wahdu mal-gowler u skurja.
Fit-80 minuta jitwaqqa Ohawuchi fil-kaxxa u jinghata l-penalty.  Mill-11 il-metru Clifford Gatt Baldacchino jolqot il-lasta l-mimduda.
Fis-87 minuta Naxxar jippruvaw il-gowl tal-bandiera meta minn daqqa ta’ ras ta’ Rocha Da Silva l-ballun jghaddi bi ftit barra.
Fid-90 minuta Sliema wettqu l-ahhar bidla meta Trevor Cilia ha post Mark Scerri.  Meta qabzu d-90 minuta Kurt Drago jwettaq fawl limiti tal-kaxxa l-kbira u jircievi it-tieni karta safra.  B’hekk Naxxar temmew il-loghba b’ragel inqas.  Jnghata l-frikik u l-ballun jahbat mal-lasta.
 




Leave a comment