- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Staġun tal-2020 tal-Mountain Bike mniedi

Posted By Sportinmalta On January 14, 2020 @ 2:06 pm In Cycling,Featured | No Comments

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ħabbret il-kalendarju tagħha għall-2020, meta l-istaġun jibda nhar il-Ħadd 19 ta ‘Jannar fl-iMġarr.

In-National Point Series ser tkun tikkonsisti f’ħames tlielaq mifruxa fuq il-perjodu bejn Jannar u Lulju. Ser jkun hemm għażla ta’postijiet b’xenarju mill-isbaħ kif ukoll tekniċi li jinkludu – Torri ta’ Lippija, L-Imbordin, Ħaġar Qim, il-Park tal-Majjistral u Selmun.

In-National Point Series ser tkun qed tilqa fosta  ċiklisti tal-kalibru ta ’Maurice Formosa, Brandon Sultana, Etienne Bonello, Patrick Scicluna, Mark Bonnici, Jason Vellau Marie Claire Aquilina kif ukoll numru ta’ ċiklisti li kienu preżenza regolari fl-istaġun preċedenti. L-Assoċjazzjoni mistennija tilqa’ numru sabiħ ta’parteċipanti żgħażagħ fil-kategoriji Junior, U15 u U12.

Bħala parti mill-isforzi li l-Assoċjazzjoni qeda tgħamel sabiex tattira aktar parteċipanti, ħabbret l-introduzzjoni tal-Kategorija tan-Novice. Din il-kategorija ser tara parteċipanti li għandom ftit esperjenza u għallhekk ser jkunu qedin itellqu fuq rotta iqsar u inqas teknika.  Midalja ta’Parteċipazzjoni ser tingħata lil dawk li jikkompetu f’mill-inqas minn tlett avvenimenti minn 5 fi tmiem is-serje.

In-National Point Series ser terġa tkun sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġjata minn H20nly, Malta Nutrition, Powerbar Malta.

Skeda – Malta Mountain Bike National Point Series

Tellieqa Nru 1 Il-Ħadd 19 ta’ Jannar Ta’ Lippija
Tellieqa Nru 2 Il-Ħadd 23 ta’Frar Limbordin
Tellieqa Nru 3 Il-Ħadd 15ta’ Marzu Il-Park tal-Majjistral
Tellieqa Nru 4 Il-Ħadd 19 ta’April Selmun
Tellieqa Nru 5 Is-Sibt 4 ta’Lulju Ħaġar Qim

It-tlielaq kollha jibdew fit-8:00 ta’filgħodu, ħlief it-tellieqa finali li ser tibda fil-5 ta’filgħaxija.

Laqgħa għall-dawk interessati ser isseħ nħar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar fis-7 ta’ filgħaxija ġewwa il-Mosta Cycling Club, 27 Trincetta, Il-Mosta. Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku –  https://www.maltamountainbike.org.mt/


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/stagun-tal-2020-tal-mountain-bike-mniedi-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.