St. Nicholas Suns u Hibs jibdew bir-rebħ

Friday, December 12, 2014, 13:15

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 65

Athleta 41
(17-14)(16-9)(17-14)(15-4)

Ic-champions St. Nicholas Suns bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa fuq Athleta 65-41. Stefano Borg, Robert Camilleri u Robert Mercieca kienu nieqsa għas-Suns fil-waqt li Athleta kellhom nieqes lil Julian Naudi. Suns kienu mmexxija b’mod stupend minn Hubert Agius li kellhu total ta’ 39 punt u sar-raba’ minuta kienu diġa 9-3 minn fuq b’żewġ baskets ta’ Keith Scicluna. Athleta kellhom run ta’ 10-1 b’baskets minn Martin Krastev u Francesco Mifsud Bonnici fost l-oħrajn biex marru minn fuq 14-12. Suns wieġbu bi trippla ta’ Simon Cauchi u punti ta’ Agius biex temmew is-sessjoni 17-14 minn fuq.  Huma komplew bi break ieħor ta’ 8-0 fil-ftuħ tat-tieni taqsima bil-punti jaslu minn Alex Bianchi u Scicluna. Athleta kellhom ħames punti però fl-intervall Suns kienu għadhom 10 minn fuq 33-23.

Wara l-intervall beda d-dominju ta’ Hubert Agius li għamel tletin mit-32 punt tas-Suns. Wara li Athleta rnexxielhom inaqqsu l-iżvantaġġ għal 8 punti bi trippla ta’ Krastev, Agius beda jikseb punti kontinwi għal Suns li kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt 50-37. L-aħħar taqsima fetħet b’basket fuq kull naħa però wara Suns jew aħjar Agius, kellhom run ta’ 11 –il punt mingħajr risposta biex issiġillaw ir-riżultat u ħarġu rebbieħa 65-41.

St. Nicholas Suns: A. Pace 2, K. Scicluna 9, L. Grech, H. Agius 39, M. Barberi 4, A. Bianchi 6, R. Camilleri 2, S. Cauchi 3.

Athleta: W. Hopper 2, A. Cutajar 3, D. Garcia 6, L. Stefanovic, D. Buhagiar, F. Mifsud Bonnici 6, M. Gouder 9, M. Krastev 10, S. Vincic, R. Bezzina, M. Gauchi Montaldo 5.

Referees: Emanuel Mangani, Cesar Baena.

Starlites 47

Hibs 82
(19-26)(12-20)(10-18)(6-18)

Hibs ukoll bdew il-kampjonat b’rebħa meta għelbu lil Starlites 82-47 minkejja n-nuqqas ta’ Carles Taexido u Simon Attard u l-partita kwieta ta’ David Camilleri frisk mir-rebħ tal-Enervit Player tax-xahar. Hibs kellhom bidu tajjeb b’żewġ trippli ta’ Kieron Caruana u fit-tielet minuta kienu 11-2 minn fuq. Starlites kellhom risposta bil-baskets ta’ Alec Felice Pace flimkien ma’ Anthony Schembri u Miguel Falzon biex naqqsu d-distakk għal punt 12-13. Hibs reġgħu wieġbu b’run oħra ta’ 11-4 bi trippla ta’ Fabrizio Mariani biex temmew l-ewwel sessjoni 26-19 minn fuq. Fit-tieni perjodu Hibs fetħu bil-punti ta’ Luke Farrugia u Adrian Baldacchino biex żiedu d-distakk 34-21. Starlites kellhom trippla minn Terence Gatt iżda Hibs ukoll wieġbu bit-tielet trippla ta’ Caruana. Qabel intemmet is-sessjoni kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat minn Felice Pace u Michael Humpton biex Hibs daħlu jistrieħu 46-31 minn fuq.

Wara l-intervall reġgħu kienu Hibs li bdew tajjeb bi break ta’ 10-2 b’erba’ baskets minn Mariani. Starlites sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Hibs żiedu l-vantaġġ ta’ sitt punti oħra qabel ma sofrew it-tkeċċija ta’ Ivan Mitrovic. Fl-aħħar perjodu Hibs komplew jinqatgħu mill-avversarji hekk kif bdew b’run oħra ta’ 13-4 li għalquha bi trippla ta’ Michael Giusti. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm il-punti ta’ Mariani u Humpton bi Schembri jwieġeb għal Starlites biex Hibs ħarġu rebbieħa 82-47.

Starlites: A. Schembri 4 6, T. Gatt 5, D. Massa, C. Doublet 6, C. Schembri, M. Falzon 6, A. Felice Pace 15, J. Agius, L. Vella, JP Borg, D. Garcia, T. Grech 9.

Hibs: M. Giusti 11, M. Humpton 8, D. Camilleri 2, L. Farrugia 11, S. Cini, G. Agius 6, K. Caruana 16, I. Mitrovic, K. Sultana 4, A. Baldacchino 6, F. Mariani 18, S. Vella.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment