St. Nicholas Suns lura għar-rebħ

Monday, January 26, 2015, 20:25

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Athleta 53
St. Nicholas Suns 59
(9-11)(13-17)(13-13)(18-18)

Ic-champions St. Nicholas Suns għamlu double fuq it-team tal-Athleta li kienu qiegħdin isofru t-tieni telfa tagħhom tal-kampjonat. Athleta kienu mingħajr Francesco Mifsud Bonnici u Luca Stefanovic u Suns kienu għadhom mingħajr Alex Bianchi però rreġistraw magħhom lil Louis Camilleri. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara li Suns marru minn fuq bil-punti ta’ Hubert Agius u Lee Grech, Athleta kellhom ir-risposta permezz ta’ Miguel Gauchi Montaldo u Matthew Gouder. Suns kellhom il-punti ta’ Simon Cauchi u Michael Barberi biex temmew is-sessjoni 11-9 minn fuq. Suns kabbru l-vantaġġ għal sitt punti fil-ftuħ tat-tieni perjodu. Athleta kellhom il-punti ta’ Stefano Vincic biex waslu sa basket ‘l bogħod. Suns wieġbu bil-punti ta’ Robert Mercieca, Barberi u Grech u daħlu jistrieħu sitta minn fuq 28-22.

Fit-tielet perjodu Suns kabbru l-vantaġġ għall-10 punti wara żewġ baskets oħra ta’Mercieca u Barberi, Athleta wieġbu bil-punti ta’ David Garcia speċjalment mill-freethrow line. Suns kellhom trippla minn Barberi però Garcia ħalla lill- Athleta viċin iżda trippla oħra ta’ Barberi rat lil Suns jibdew l-aħħar taqsima 6 minn fuq 41-35. Athleta kellhom trippla ta’ Vincic u punti ta’ Steve Gouder biex naqqsu d-distakk għal tlett punti. Suns komplew bi break qasir ta’ 6-0 però Athleta wkoll kellhom run ta’ 9-2 biex waslu sa’ basket taħt l-avversarji 53-55. Suns però kellhom il-freethrows fl-aħħar minuta biex serrħu rashom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 59-53.

Athleta: W. Hopper, D. Garcia 13, N. Petrusev, R. Bezzina 2, D. Buhagiar 2,  M. Gouder 9, S. Gouder 8, S. Vincic 13, M. Gauchi Montaldo 2, M. Krastev 4.

St. Nicholas Suns: A. Pace, S. Borg, R. Camilleri 3, L. Grech 10, H. Agius 4, M. Barberi 23, , R. Mercieca 8, R. Camilleri, S. Cauchi 3, L. Camilleri 11.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

Mellieħa Mr. Green 74

Phoenix Frank Salt 56

(17-16)(15-22)(19-14)(23-4)

Il-partita dehret li kien se jkollha tmiem missielet hekk kif fit-tmiem it-tielet taqsima punt biss kien jifred liż-żewġ timijiet. Mellieħa għad għandhom diversi problemi ta’ injuries hekk kif żdiedu John Muscat u Bernard Soler għalkemm kellhom id-debutt tal-player Ċek Jan Stupka. Għal Phoenix kienu nieqsa Christian Briffa u Andres Toompere. Fil-ftuħ tal-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u trippla ta’ Robert Loporto poġġiet lil Mellieħa 10-8 minn fuq. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Jonathan Ransley u Antoine Costa però aktar punti ta’ Loporto raw lil Mellieħa jtemmu t-taqsima punt minn fuq 17-16. Phoenix ħadu l-vantaġġ fit-tieni perjodu bi trippla ta’ Daniel Cuenca Grimaldos. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Joshua Aquilina però Phoenix kellhom mument posittiv bi break ta’ 15-3 bi trippli ta’ Costa, Cuenca u Luke Azzopardi biex daħlu jistrieħu sitta minn fuq 38-32.

Fil-ftuħ tat-tielet perjodu iż-żewġ timijiet reġgħu bdew jirrispondu lil xulxin biex Phoenix setgħu jżommu l-vantaġġ u saħansitra kabbruh għal disa’ punti 46-37. Hawn Mellieħa bdew ir-rimonta tagħhom meta kellhom żewġ trippli minn Rihards Polis u Ian Terribile biex il-vantaġġ ta’ Phoenix niżel għal punt 52-51. L-aħħar taqsima kienet storja differenti hekk kif Phoenix kellhom biss erba’ punti. Mellieħa marru minn fuq bil-punti ta’ Aquilina u Terribile. Cuenca kellhu basket għal Phoenix però minn hemm ‘l quddiem saru biss punti minn Mellieħa li kellhom run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Polis u baskets ta’ Clint Grixti u rebħu l-partita 74-56.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 12, M. Farrugia 2, N. Muscat 4, R. Polis 14, R. Loporto 14, J. Stupka,  J. Aquilina 22, I. Terribile 8, P. Magro 2.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 11, L. Bugelli, D. Pisani 4, D. Debattista 2, M. Fenech, M. Bonnici 4, D. Cuenca 22, R. Curmi, A. Costa 5, J. Ransley 8, C. Camenzuli.

Referees: Cesar Baena, Luis Abuin.

Hibs 79

Starlites 58

(19-15)(29-16)(17-14)(14-13)

Hibs wieġbu għar-rebħa ta’ Mellieħa biex reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’logħba anqas meta kisbu l-ħames rebħa minn ħames partiti. Hibs kellhom id-debutt ta’ player Estonjan Mikk Roomets u kellhom wirja mill-aqwa ta’ Simon Attard. Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Il-punti ġew bil-mod fil-ftuħ tal-partita hekk kif sal-ħames minuta kien hemm parita 4-4. Hibs marru minn fuq bil-punti ta’ Attard però Starlites wieġbu bi trippla ta’ Anthony Schembri biex marru fuq quddiem 11-10. Hibs kellhom il-punti ta’ Kieron Caruana u Attard fosthom trippla u temmew is-sessjoni 19-15 minn fuq. Hibs bdew tajjeb fit-tieni sessjoni b’sitt punti konsekuttivi minn Michael Humpton u Fabrizio Mariani. Starlites waqqfuhom b’baskets ta’ Clive Schembri u Alec Felice Pace però Hibs wieġbu bi trippla ta’ Attard. Hibs komplew u kellhom run ta’ 14-4 b’aktar three pointers minn Attard u Luke Farrugia biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 48-31.

Fit-tielet sessjoni Starlites bdew b’sitt punit fosthom trippla ta’ A. Schembri. Hibs kellhom run oħra ta’ 12-4 b’Caruana u Farrugia jkollhom trippla. Starlites irrispondew bil-baskets ta’ Thomas Grech u Terence Gatt però Hibs temmew it-taqsima 65-45 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Hibs għaqqdu break ieħor ta’ 12-2 b’żewġ trippli oħra ta’ Attard. Starlites għalqu l-partita bi break ta’ 9-0 b’punti minn Joseph Agius u Terence Gatt però Hibs ħarġu rebbieħa 79-58.

Hibs: M. Giusti 2, M. Humpton 2, R. Cortis, L. Farrugia 8, S. Attard 36, G. Agius, K. Caruana 17, M. Roomets, K. Sultana, D. Ross 2, F. Mariani 12, S. Vella.

Starlites: A. Schembri 8, T. Gatt 15, D. Massa 2, C. Doublet, C. Schembri 4, M. Falzon 2, A. Felice Pace 11, J. Agius 4, JP Borg, L. Vella, T. Grech 12.

Referees: Bernard Vassallo, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

5

5

0

10

371

255

Mellieħa Mr. Green

6

4

2

10

323

308

St. Nicholas Suns

6

3

3

9

332

317

Phoenix Frank Salt

6

3

3

9

316

346

Athleta

5

3

2

8

303

274

Starlites

6

0

6

6

297

442





Leave a comment