- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

St. Nicholas Suns Champions ġodda tat-tieni diviżjoni

Posted By sportinmalta1 On March 22, 2014 @ 4:28 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

SN Suns 58

Mellieħa Tritones 41

(22-6)(9-8)(15-14)(12-13)

St. Nicholas Suns irnexxielhom jerbħu l-kampjonat tat-tieni diviżjoni meta fl-aħħar partita għelbu lil Mellieħa 58-41 biex ġew inkurunati champions. It-team li huwa bbażat fis-Siġġiewi u li jġorr l-isem tal-patrun tal-istess Citta Ferdinand kellhu staġun mill-aqwa fejn aktar kmieni rebħu wkoll is-St. James Hospital Shield. Huma temmew il-kampjonat bi tnax –il rebħa u tlett telfiet. Kif mistenni Suns ħarġu tajjeb u wara li ddominaw l-ewwel sessjoni baqgħu fil-kontroll tal-partita tul il-kumplament tagħha. Wara basket fuq kull naħa, Suns għamlu seba’ punti mingħajr risposta però wara time-out Mellieħa naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Samuel Aquilina u Karl Cucciardi. Suns imbagħad għamlu run qawwija ta’ 13-0 fejn kellhom it-trippli ta’ Michael Barberi u Hubert Agius biex temmew l-ewwel sessjoni 22-6 minn fuq. Mellieħa fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Michel Farrugia bis-Suns jirrispondu permezz ta’ Barberi , Agius u Lee Grech. Sal-intervall il-punti komplew ġejjin bil-mod biex Suns daħlu jistrieħu 31-14 minn fuq.

Suns reġgħu fetħu tajjeb fit-tielet taqsima bi tmien punti mingħajr risposta fejn kellhom trippla ta’ Igor Marjanovic. Mellieħa kellhom diversi punti ta’ Rihards Polis biex naqqsu xi ftit id-distakk bis-Suns jagħlqu bi trippla ta’ Stefano Borg. Fl-aħħar taqsima Polis u Farrugia kellhom trippla kull wieħed flimkien ma Joshua Aquilina u Paul Magro. Għal Suns reġa’ kien hemm il-baskets ta’ Agius u għalqu l-partita permezz ta’ punti minn Simon Cauchi u Grech biex ħarġu rebbieħa 58-41. Fi tmiem il-partita is-Sur John Paul Abela manager Bank of Valletta ppreżenta t-trofew ta’ champions lil captain ta’ Suns Michael Barberi.

SN Suns: A. Pace, S. Borg 3, L. Grech 4, H. Agius 16, M. Barberi 7, A. Bianchi 4, R. Mercieca 4, R. Camilleri 5, S. Cauch 4, I. Marjanovic 11.

Mellieħa Tritones: M. Farrugia 7, J. Muscat 2, S. Aquilina 6, P. Magro 2, O. Sammut 1, J. Aquilina 3, R. Polis 14, P. Cauchi, K. Cucciardi 6.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

Miscela D’oro Mtarfa 75

Hibs 81

(16-28)(14-15)(13-17)(32-27)

Hibs temmew l-istaġun fuq nota posittiva meta għelbu lil Miscela D’oro Mtarfa 81-75. Bir-riżultat tal-partita ta’ qabel, Hibs kienu ċerti mit-tieni post li kif kellhi okkażjoni ngħid qabel huwa riżultat ferm posittiv għalijhom. Mtarfa wkoll urew progress fil-logħob tagħhom u dan għandu jqawwi qalb id-diriġenti tat-team hekk kif diversi players huma żgħażagħ li ghadhom jippareteċipaw ukoll fil-kampjonat ta’ taħt id-dsatax –il sena. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi Mtarfa jieħdu vantaġġ żgħir ta’ 9-6 wara punti minn Daniel Farrugia u trippla ta’ Timothy Zammit. Hibs kienu ċerti mit-tieni post li kif kellhi okkażjoni ngħid qabel huwa riżultat ferm posittiv għalijhom. Mtarfa wkoll urew progress fil-logħob tagħhom u dan għandu jqawwi qalb id-diriġenti tat-team hekk kif diversi players huma żgħażagħ li ghadhom jippareteċipaw ukoll fil-kampjonat ta’ taħt id-dsatax –il sena. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi Mtarfa jieħdu vantaġġ żgħir ta’ 9-6 wara punti minn Daniel Farrugia u trippla ta’ Timothy Zammit. Id-dħul ta Sven Niedritis saħħaħ l-attakk ta’ Hibs fejn hu kellhu 8 punti konsekuttivi fosthom trippla u Hibs marru 14-9 minn fuq. Mtarfa wkoll kellhom it-trippli tagħhom minn Kurt Xuereb  iżda Hibs għalqu s-sessjoni bi tmien punti oħra għal skor ta’ 22-16. Fit-tieni perjodu Mtarfa naqqsu d-distakk wara baskets minn Matthew Borg, Samuel Zammit u Darrel Schembri però meta ġabu l-iskor indaqs 28-28, Hibs għamlu disa’ punti oħra bi trippla ta’ Niedritis u daħlu jistrieħu 37-30 minn fuq.

Fit-tielet taqsima kellna punti fuq iż-żewġ naħat speċjalment fl-ewwel minuti fejn għal Hibs il-punti baqgħu ġejjin minn Niedritis fil-waqt lil għal Mtarfa kompla għaddej bil-punti Timothy Zammit. Hibs marru 14 minn fuq 54-40 qabel ma Mtarfa kellhom il-punti ta’ Ryan Zammit għal skor ta’ 54-43. Fl-aħħar taqsima Mtarfa reġgħu resqu viċin wara li għamlu break ta’ 12-4. HUma naqqsu d-distakk għal erba’ punti 55-59 wara baskets konsekuttivi minn Nicholas Grech. Mtarfa għamlu l-iskor indaqs 66-66 fis-seba’ minuta qabel ma għal Hibs kien hemm il-punti ta’ Kieron Caruana li reġa’ poġġijhom fuq quddiem. Hawn Mtarfa ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ però sabu lil Niedritis preċiż minn fuq il-freethrow line biex Hibs rebħu l-partita 81-75.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, A. Psaila 3, K. Xuereb 8, R. Zammit 8, N. Grech 6, D. Farrugia 9, T. Zammit 18, S. Zammit 10, J. Viibe, M. Borg 4, D. Schembri 12.

Hibs: S. Niedritis 37, M. Formosa, L. Farrugia, S. Attard 10, G. Agius 4, K. Caruana 13, C. Bugeja 1, K. Sultana, R. Carabott 5, J. Scott 10, R. Cortis 1.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti
St. Nicholas Suns

15

12

3

27

Hibs

15

11

4

26

Phoenix The Chef Bistro

15

9

6

24

Mellieħa Tritones

15

7

8

22

Miscela D’Oro Mtarfa

15

6

9

21

Lighting Mondays

15

0

15

15

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/st-nicholas-suns-champions-godda-tat-tieni-divizjoni/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.