St.Georges jippreżentaw l-iskwadra tagħhom

Saturday, September 24, 2016, 15:40

Gavin Muscat

Fi ħdan Palumbo Shipyards il-pijunieri tal-futbol Malti St. Georges’s ippreżentaw lis-supporters tagħhom kif ukoll lil dawk kollha segwaċi tal-football Malti , l-iskwadra għall-istagun li ġej, flimkien mal-isponsor ufficjali tagħhom Palumbo Shipyards.

Il-President tal-Club, is-Sur Pablo Cachia Belli sostna li din s-sena, li fiha se jkunu qegħdin jikkompetu fit-tieni divizjoni, hija s-sena li se twassal era gdida għall-istess club, u dan għaliex b’ristrutturar kemm amministrattiv kif ukoll dak operattiv, qed isir pjanar aktar fit-tul fejn naraw li dan it-team se jkun l-ewwel pedament ta’ progett holistiku. Fil-ġranet li ġejjin se jithabbru diversi progetti ohrajna li bihom ser inkomplu inkabbru l-club, sostna jgħid l-President.

Il-President għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lis-Sur Palumbo u l-management ta’ Palumbo Shipyards għall-għajnuna u s-sapport li l-azjenda mill-ewwel gurnata tal-operat tagħhom f’ Malta urew lejn il-club Bormliz.

Tkellem ukoll il-Head Coach tal-club Bormliz, is-Sur Antoine Camilleri, fejn irringrazzja lil-President u Kumitat li tawh il-fiducja tagħhom u fdawlu f’ idejh it-tmexxija tat-team tal-pijunieri. Camilleri żied jgħid li jinsab kuntent bl-iskwadra li hemm u li jhares il’ quddiem b’ ottimizmu biex bhala familja jilhqu l-aspettativi mixtieqa.

Għalaq l-Preżentazzjoni s-Sur Palumbo ta l-awguri lis-St. George’s fejn wera biċ-ċar kemm jixtieq li jerġa jara lill-pijunieri promossi fl-ewwel diviżjoni mill-ġdid. Is-Sur Palumbo ħares b’ mod mill-aktar pozittiv lejn il-fatt li l-kumitat flimkien mat-tmexxija  għaqdu team żagħżugħ li b’ enerġija jistgħu jegħlbu kull ostaklu.

 

 





Leave a comment