Squash, Premier u t-tieni diviżjoni din il-ġimgħa fuq L-Argument

Saturday, April 21, 2012, 8:52

Wara l-ħafna kummenti pożittivi wara l-ideja li nagħtu spazju lil sport differenti waqt il-programm l-Argument, din il-ġimgħa l-programm jieħu lit-telespettaturi fl-isport tal-iSquash.  Din il-ġimgħa hija waħda ferm impenjattiva għall-assoċjazzjoni ta’ dan l-isport għaliex dawn l-aħħar jiem organizzat il-Malta Squash Open.  Minbarra hekk servizz speċjali ser jiftaħ il-bibien fuq il-Gran Prix tad-Double Trap li ser isir f’Malta il-Ħadd ta’ wara.  Avveniment li jilqa f’Malta uħud mill-aħjar tiraturi internazzjonali.

Il-parti tal-futbol ma tonqosx fil-programm l-Argument fejn din il-ġimġħa ser jitħalla spazju għall-kampjonat tat-tieni diviżjoni.  Biex iħawwru d-diskussjoni l-Argument jilqa mistiedna mil-erbgħa klabbs li qed jissieltu għall-promozzjoni – primarjament Gzira Utd, Gudja Utd, Mellieħa u Għargħur FC.  Il-panel jinbidel aktar tard biex jilqa mistiedna li huma direttament relatati mal-kampjonat premier u allura ma jonqosx li naraw l-aħjar siltiet mill-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa mill-aktar kampjonat prestiġġjuż fil-gżejjer Maltin

L-Argument huwa wieħed mill-ftit jekk mhux l-uniku programm li jagħti valur lil dak li jgħidu t-telespettaturi.  Filfatt bosta mill-messaġġi li jintbagħtu jinqraw waqt il-programm.  Għalhekk it-telespettaturi huma mħeġġa jibgħatu l-kummenti tagħhom jew permezz tan-numru tal-sms tal-programm jew inkella fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook.

L-Argument għandu preżentazzjoni ta’ Mark Cutajar, Pamela Schembri u Clinton Buhagiar nhar il-Ħadd bejn l-5.00pm u s-7.20pm fuq ONE





Leave a comment