SportMalta to take part in ‘No Elevators Day’

Saturday, April 29, 2017, 15:16

Janet Debrincat

Il-bieraħ, l-Erbgħa 26 ta’ April 2017, SportMalta ipparteċipat f’ No Elevators Day, iniżjattiva Ewropeja parti mill-kampanja NowWeMove xprunata mill-International Sports and Culture Association (ISCA).

L-għan ewlieni hu li l-pubbliku jifhem l-importanza tal-attivita’ fiżika għas-saħħa sana u kemm hu faċli li nkunu attivi minkejja il-ħajja imħabbta ta’ kuljum. Il-World Health Organization tirrikmanda 20 minuta ta’ eżerċizzju ħafif sa moderat biex wieħed jgħix ħajja tajba. Permezz ta’ inizjattivi bħal dawn SportMalta tkun qed tilħaq l-għan tagħha li hu rifless tant tajjeb fil-mission statement tal-entita’ “moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta”.

F’dan il-jum SportMalta stiednet lill-pubbliku ġenerali, organizzazjonijiet, istituzzjonijiet u kumpanija biex iħajjru lil-impjegati tagħhom u kollegi biex jużaw it-taraġ  flokk il-lift u l-escalator.

L-attivita’ prinċipali saret fl-Embassy Shopping Complex il-Belt. Id-diriġenti tal-kumpless ikkolaboraw ma’ SportMalta biex f’dan il jum jintfew il- lifts u l-escalators iżda xi wħud baqgħu miftuħin għan-nies b’diżabilita’ u kundizzjonijiet mediċi u għal dawk li sempliċiment ma ridux jipparteċipaw.

SportMalta titgħama li b’attivitajiet pubbliċi bħal No Elavators Day in-nies jifhmu li l-attivita’ fizika tista’ tkun parti mill-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ attivitajiet sempliċi bħal l-użu tat-taraġ ikun qiegħed jinħoloq ambjent aċċessibli f’postijiet fejn l-iżjed iqattgħu ħin in-nies bħal post tax-xogħol.





Leave a comment