SportMalta lesta biex tassisti lill-parteċipanti tal-Foundations in Coaching

Friday, March 11, 2016, 12:58

Gavin Muscat

Din il-ġimgħa saret l-preżentazzjoni tal-assistenza li SportMalta tagħti lill-parteċipanti tal-kors Foundations in Coaching li huwa organizzat mill-Institute of Physical Education and Sport (IPES) fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.

SportMalta tiffinanzja terz tal-miżata li l-parteċipanti jħallsu biex jattendu dan il-kors, għaliex temmen fl-importanza li pajjiżna jkollu kowċes kwalifikati. Barra min hekk SportMalta tagħti għajnujna diretta sabiex dawn il-korsijiet isiru.





Leave a comment