Sportinmalta.com jintervista lil Stefan Buontempo

Tuesday, July 30, 2013, 19:26

Dan is-sit ghamel intervista lis-Segretarju Parlamentari tal-isport l-Onorevoli Stefan Buontempo.

Mistoqsija: Kif hadt l-ahbar ta`meta gejt appuntat bhala Segretarju Parlamentari fost affarijiet ohrajn ghall-Isports?

Twegiba. Kienet sorpriza kbira ghalija meta l-Prim Ministru baghat ghalija u taghni l-ahbar, u minkejja li ghandi passat fl-isports fejn kont President ta`club tal-football u anki kont player tal-waterpolo. Staqsejt lili innifsi x`nista naghmel biex intejjeb l-isports f`Malta. Dilettant kbir tal-isports ingenerali insegwi hafna u nattendi l-grounds specjalment Ta`Qali u bla dubbju insegwi l-isports fuq it-televizzjoni ukoll. Izda din hija responsabilta differenti minn dawk li kelli qabel,apparti li jien missier ukoll u niehu t-tfal tieghi fin-nurseries jittrenjaw mat-team taghhom. Din ir-responsabilta izda tfisser ukoll li tkun trid tiehu d-decizjonijiet mhux sempliciment tikritika.

Mistoqsija: Wahda mill-entitajiet kbar fl-isport Malti hija l-ghaqda tal-Kumitat Olimpiku Malti, fejn thares li jkunu r-relazzjonijiet ma din l-ghaqda?

Twegiba: Hekk hu l-ewwel haga li ghamilt meta gejt appuntat kienet li niltaqa mal-Kumitat Olimpiku Malti. Mhux biss iltqajt izda ridt naghmel kuntatt mhux biss fuq livell formali, izda ukoll fuq livell informali, sahansitra anki sifirt ma dan il-kumitat ghall-loghob tal-pajjizi z-zaghar fil-Lussemburgu. Nghid li ghext ma dan il-kumitat, fejn konna fl-istess lukanda u nieklu flimkien. Dan it-tip ta`kuntatt jaghmel gid kbirghall-isports. Jien inhobb l-isports u naf li l-Gvern m`ghandux x`jaqsam xejn mal-Kunsill Malti ghall-Isport,izda xorta irridu naghtu l-ghodda mehtiega lil dan lil kumitat ghax ghadna fiducja f`dan il-kumitat li ser jattwa l-ahjar ghall-gid tal-isportivi ta` pajjizna. Qed nghid dan ghax naf il-problemi li kien hemm ma dan il-kumitat mill-Gvern precedenti. Mieghi m`hemmx problemi u nixtieq li naghmilha cara ghax nemmen f`dawn iz-zewg kumitati.

Mistoqsija: Accennajt ghall-probelmi li kien hemm fil-passat jekk taqbilx li l-Kumitat Olimpiku Malti ghandux jibqa daqshekk vigilanti fuq il-Kunsill Malti ghall-Isport fejn fil-passat kien anki jitlob l-ircevuti tal-ispejjez lil Kunsill Malti ghall-Isport ?

Twegiba: Dan iktar tard fis-sena u nitkellem iktar il-quddiem kif irrid nahdem mal-Kumitat Olimpiku Malti l-Gvern jaghti l-fondi lil Kumitat Olimpiku Malti biex imbghad dawn il-fondi jmorru ghall-gid tal-isports Malti. Naf li jsir awditjar li jipprezentahom lil Kunsill Malti ghall-Isport. Ghandi fiducja fil-Kunsill Malti ghall-Isport u wara kollox dawn m`humiex flusi izda huma flus il-poplu, li bilfors irid ikun hemm `watchdog`biex jara li l-flus qed imorru ghall-kawza gusta u ghall-isport.

Mistoqsija: Ma kienx hemm aspettativa ghall-loghob tal-pajjizi z-zaghar. Sodisfatt jew le bir-rizultati li gabu l-atleti Maltin?

Twegiba: Ma nistax nghid jekk stennejtx rizultati ahjar minn dak li gibna. Jien tkellimt mal-Kumitat Olimpiku Malti qabel ma` morna l-Lussemburgu, u kif jaf kulhadd kien hemm l-elezzjoni generali ftit qabel u allura tellfet xi ftit mill-koncentrazzjoni. Illum qeghdin hielsa minn dawn il-problemi u anki l-kumitat. Nahseb li rridu nipreparaw ruhna ahjar specjalment l-atleti u ser naghtuhom l-ghodda biex itejbu l-prestazzjonijiet taghhom. Mhux biss il-Kumitat Olimpku Malti,izda l-ghaqdiet sportivi kollha.

Mistoqsija: Finalment kellek diversi okkazzjonijiet fejn tkellimnt dwar il-futur tal-isport f`pajjizina u qsamt il-hsibijiet tieghek li kull sport jaqa` taht kappa wahda.

Twegiba: Iva, nahseb li hawn frejjeg kbar. Irridu norganizzaw sports kif inhu sippost. Ezempju club jaqbad jiddeciedi u japplika u jkun affiljat fil-Kunsill Malti ghall-Isport,jew assocjazzjoni tinqata minn ma`ohra u tidhol taht il-Kunsill Malti ghall-Isport. Ma nistax nibqghu nittoleraw li jsiru dawn l-affarijiet irridu li jkollna struttura, u mhux x`jghid il-politiku izda x`inhu l-ahjar ghall-isport. Nemmen ukoll li ghandna postijiet li mhux qed jigu sfruttati bhal perezempju l-Port il-kbir. Hemm ukoll l-element tat-temp u l-bahar li zgur jistghu jigu sfruttati minn atleti Maltin kif ukoll barranin. Irridu naghmlu l-isports kif sippost ghall-gid ta`kulhadd. Kemm dawk li huma sportivi kif ukoll ghall-dawk li mhumiex,ghal-gid ta`kulhadd.





Leave a comment