Sponsorships mogħtija minn Robert Arrigo lil tnax -il għaqda sportiva – ewlenija fosthom Sliema Wanderers

Monday, July 4, 2011, 14:37

minn Cristian Muscat

Matul il-ġurnata ta’ Tnejn f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan Robert Arrigo ppreżenta numru ta’ sponsorships f’ ghotja ta’ flus li ma ġietx żvelata lill-media lil tnax -il għaqda sportiva lokali. Dawn il-klabbs jew għaqdiet sportivi huma Sliema Wanderers Football Club, lil-liema klabb ingħatat l-ikbar somma ta’ flus, San Ġwann Football Club, Swieqi United, Għargħur Football Club, Gżira United, Siġġiewi Athleta Basketball Club, Gżira Boċċi Klabb, Msida Boċċi Klabb, Sliema Stompers Rugby Klabb li ftit tal-jiem ilu ingħaqad f’ affiljazzjoni ma’ Sliema Wanderers, Lifecycle, Daemons Futsal Club li jimmilita fir-Raba’ Diviżjoni tal-kampjonat lokali tal-Futsal kif ukoll lil Karen Grech li bħalissa qiegħda tieħu sehem fil-World Pool Championship li qed isir fi Blackpool ġewwa l-Ingilterra.

Meta Robert Arrigo ġie mistoqsi x’ jinstigaħ biex ta’ kull sena jaghti dawn l-isponsors li minnhom jibbenefikaw numru t’għadiet sportivi huwa wieġeg li l-ħbiberija bejn għaqdiet sportivi u s-sapportta’ bejniethom huma l-fatturi prinċipali li jinstigawh biex jagħmel dan.

Intant il-President ta’ Sliema Wanderers Steve Abela meta mistoqsi x’inhi l-mira ewlenia tagħhom għall-istaġun li ġej speċjalment war l-kampjanja t’akkwsiti b’saħħitha li għamlu matul dan is-sajf, huwa qal li din hija li jikkwalifikaw għall-Ewropa u mhux i jirbħu l-Kampjonat. madankollu s-Sur Arrigo kien ta’ fehma oħra fejn huwa saħaq li l-Wanderers f’ dan l-istaġun jisthu tabilħaqq jicchalengjaw bis-sħiħ biex jirbħu l-kampjonat wara assenza ta’ numru ta’ snin konsiderevoli. Fl-aħħar il-President tal-Wanderers is-Sur Steve Abela irringrazzjja lil Robert Arrigo li jiġi l-President Onorarju tal-istess Wanderers kif ukoll sostenitur ferventi tagħhom, talli ta’ kull sena kemm ilu President dejjem sabu ta’ spalla kemm f’ għajnuna finanzjarja kif ukoll f’ għajnuniet oħra li jkollu l-klabb.





4 Comments

  1. Alan says:

    i’m working through KMS now… forsi naslu x imkien…. Tks for yr interest my friend..

    [Reply]

  2. Richard Chetcuti says:

    Thanks to Hon. Robert Arrigo that each year he sponsors variours clubs. Hope Sliema Wanderers will this year win the Championship.

    [Reply]

  3. Alan says:

    Prosit u kellu bzonn hawn 4 ohra bhalek li jiffinanzjaw lis sport lokali. Pero sfortunatement il Martial arts. Dejjem jigi minsi fejn illum il Kickboxing avvanza hafna
    .

    [Reply]

    Richard Chetcuti Reply:

    Alan ever u spoken to clyde puli i can help you and arranging appointment

    [Reply]

Leave a comment