Spekulazzjonijiet Staġun 2010 – 2011

Thursday, May 27, 2010, 9:46

Wara li b`mod uffiċjali intemm l-istaġun 2009/10, issa nibdew nisimgħu bi transfers li jibdew jolqtu b`mod specjali l-kampjonati ewropej. Il- kampjonat Malti mhux eċċezzjoni.

Minn sorsi ta` min jorbot fuqhom jidher li s-segretarju ta` Sliema Mario Debono mhux se jerġa’ jikkontesta l-istaġun li ġej, waqt li l-coach Mark Marlow jidher li huwa kkonfermat. Sliema mistennija li jbiddlu lill-barranin tagħhom ukoll. Tgħid Sliema jkollom barranin tajbin biżżejjed biex staġun ieħor ikunu jistgħu jiġġieldu għall-unuri?

Ton Caanen f'mument ta' celebrazzjoni mal-pleyers Beltin ... Min se jkun qed jiehu postu l-istagun li jmiss?

Valletta jidher ċar li l-coach tagħhom Anton Canen mhux se jkun magħhom staġun ieħor, u l-istess jidher li lanqas Nicky Saliba ma huma se jkun aktar fuq il-bank Belti. Postu bħala coach mistenni li jieħdu Jesmond Zerafa, Jesmond Zammit u Nardu Farrugia.

Floriana jidher li se jċedu s-servizzi ta` Ryan Darmanin, fejn mistenni li postu jeħodulu player barrani. Darmanin jidher li jista’ jingħaqad mal-club neo promoss ta` Marsaxlokk.

Qormi mistennija li jżommu lil Vince Carbonaro bħala coach tagħhom. Dan ifisser li Danilo Doncic u Edmond Lufi kienet biss diċerija, iżda dan kollu mistenni li jiġi konfermat nhar it-Tlieta wara d-decider kontra Sliema. Intant mistenni li Steve Wellman jingħaqad ma’ Sliema minflok Matthew Bartolo, u Ramon Dos Santos mistenni li jingħaqad ma` Valletta bi bdil ma`Jonathan Bondin, Massimo Grima u Stefan Gilio.

Dan kollu huwa biss spekulazzjoni. Iktar konfermi fil-ġranet li gejjin.





4 Comments

  1. Manuel Pinto de Fonseca says:

    Coming season QFC shall be celebrating the 50th anniversay from the formation of the club. Definitely that we need to celebrate this important landmark in the history of our club in style. Confident that club President together with the rest of the committee shall be doing their utmost to consolidate the team for the coming season.

    [Reply]

  2. BELTI PUR says:

    TINDAHALX GALDES FIT TEAM TAL BELT U INQAS MA TITFA KUMMENTI FUQNA IKTAR AHJAR GHAJJUR

    [Reply]

  3. ziiz says:

    Vera sur galdes speculazioni ta tanto fumo e niente arrosto!

    [Reply]

  4. John Fenech says:

    Tajjeb li tkun qabel ghax ikollna informazjoni xqieghed jinhema dwar it-trasferimenti,

    prosit Galdes kompli hekk.

    [Reply]

Leave a comment