Spekulazzjoni fuq il-midja soċjali dwar id-disinn ta’ trakka tal-motorsport

Friday, November 9, 2018, 12:09

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tikkummenta fuq disinn tat-trakka tal-motorsport li reċentement giet ippubblikata fuq il-midja soċjali u l-kmamar tal-aħbarijiet. Filwaqt li nirrikonoxxu l-isforz li għamlu il-Periti Studio fuq l-inizjattiva tagħhom, il-Federazzjoni trid tenfasizza li dawn il-faċilitajiet għandhom jaderixxu ma’ regolamenti internazzjonali stretti fir-rigward tad-disinn, speċifikazzjonijiet u karatteristiċi ta’ sikurezza. Wieħed irid jiftakar li t-trakka tal-motorsport għandha takkomoda l-ogħla numru ta’ dixxiplini possibbli u għandu wkoll jakkomoda tlielaq tal-muturi. Il-trakka għandha tinkludi wkoll faċilitajiet bażiċi li jkun hemm f’kull trakka bħal pitlane, paddock u kamra tal-kontroll. Dan id-disinn kif ippreżentat minn Periti Studio, kompletament injorat ħafna minn dan kollu, kemm ukoll il-faċilità tat-tagħlim tas-sewqan għat-toroq, li hija parti kruċjali tal-proġett, kemm għall-Gvern kif ukoll għall-Federazzjoni. Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-faċilitajiet tat-taghlim tas-sewqan għat-toroq huwa li jgħin biex jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq.

Fl-aħħarnett, wieħed irid iqis ukoll li partijiet mill-art fid-disinn huma mikrija lil entitajiet oħra, b’mod partikolari għad-Drag Racing, li l-Federazzjoni mhix se taċċetta li tneħħi l-uniku sit f’Malta għal din id-dixxiplina, li ilha taħdem bi klabb mill-aktar attivi f’Malta, u dixxiplina li mhix totalment kompatibbli maċ-ċirkwit biex joperaw flimkien, u fl-aħħar xhur investiet ħafna biex ittejjeb il-faċilità.

Il-Federazzjoni tagħraf li qegħdin fi stadju kruċjali ħafna tal-proġett; il-kuntatt bejn il-Gvern u l-Federazzjoni huwa kontinwu. Għalhekk il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport titlob lid-dilettanti kollha tal-motorsport biex iwaqqfu l-ispekulazzjoni f’dan il-mument vitali peress li dan jista’ jkun iktar ta’ ħsara minn wieħed jimmaġina. Kif jaf kulhadd, id-dilettanti li jistennew għal aktar minn 50 sena biex il-ħolma tagħhom ssir realta’, għalhekk qed jingħata appell lid-dilettanti kollha biex iħallu lill-Gvern jaħdem liberament fuq il-wegħda tiegħu. Żgur li meta l-ħin ikun xieraq, il-Gvern se jieħu d-deċiżjonijiet xierqa skond il-manifest elettorali tiegħu.





Leave a comment