- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Sorpriża minn Siġġiewi

Posted By sportinmalta1 On April 2, 2018 @ 6:39 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Hibernians 71

Victoria Libertas 64

(22-16)(19-14)(13-14)(17-20)

F’partita nterresanti, Hibs għelbu lil Victoria Libertas 71-64 b’dawn tal-aħħar ikollhom prestazzjoni posittiva bl-uniku nota negattiva tkun l-injury li sofra Bernard Soler lejn tmiem il-partita. Iż-żgħażagħ ta’ Hibs issodisfaw lil coach tagħhom Silvio Cassar għal mod li bih bdew idawwru l-ballun u l-players kollha rnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Mattew Formosa li kellhu bidu tal-partita mill-aqwa. Libertas wieġbu bil-punti ta’ Nicolo Petrucci bil-Hibs jagħmlu run ta’ 8-2 bi trippla ta’ Kurt Sultana. Libertas għalqu t-taqsima bi three pointer ta’ Malcolm Sammut għal skor ta’ 22-16. Fit-tieni perjodu l-logħob baqa’ maqsum fuq iż-żewġ naħat għalkemm il-Pawlisti dejjem żammew il-vantaġġ. Huma kellhom mument tajjeb b’run ta’ 10-2 b’żewġ trippli minn Paul Attard u Jeremy Piscopo. Libertas wieġbu bil-punti ta’ Sean Mizzi u Wayne Spiteri li wkoll kellhu three pointer biex fl-intervall Hibs kienu 41-30 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, reġgħu kienu Hibs li kabbru l-vantaġġ b’run ta’ 11-4 bit-tieni trippla ta’ Sultana. Hawn Libertas kellhom mument tajjeb bil-punti ta’ Petrucci, Daniele Miani u Mizzi biex għal darb’oħra naqqsu d-distakk għal 10 punti 54-44. Huma komplew fil-ftuħ tal-aħħar perjodu meta għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Petrucci u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 53-56 però hawn waslet l-injury serja ta’ Soler bil-logħob jieqaf għal xi minuti. Hibs irkupraw u kisbu sensiela ta’ three pointers minn Piscopo u Isaac Bonett biex reġgħu fetħu vantaġġ tajjeb li setgħu jikkontrollaw sat-tmiem u jerbħu l-partita 71-64.

Hibs: A. Galea 9, M. Formosa 16, K. Sultana 6, P. Attard 11, I. Bonett 13, R. Aquilina 2, J. Piscopo 8, M. Laferla 2, M. Houmpton 4.

Victoria Libertas: W. Spiteri 7, M. Sammut 6, K. Galea 1, N. Petrucci 20, S. Mizzi 20, P. Caruana, D. Miani 7, V. Barbu, B. Soler 3.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi.

Gżira Athleta 97

 

Luxol 86

(28-14)(19-18)(25-30)(25-24)

Gżira Athleta u Luxol offrew partita mill-isbaħ li kellha xejn anqas minn 183 punt bit-team tal-Athleta joħroġ rebbieħ 97-86. Spikkaw iż-żewġ barranin b’Vukassin Jandric jispiċċa bi 48 punt u Albert Serra jkollhu 32 flimkien ma’ Luca Stefanovic li wkoll kellhu wirja tajba b’29 punt. Keith Dimech kien biss spettatur għal Luxol hekk kif se jkun impenjat fil-finali tan-Knock out mal-ewwel team. Athleta fetħu tajjeb hekk kif kienu Serra u Stefanovic li għamlu l-punti tagħhom fil-bidu tal-partita. Huma kellhom run ta’ 13-3 u minkejja risposta minn Luxol, id-duo tal-Athleta komplew jalternaw fil-punti għal skor ta’ 22-8. Stefan Vincic u Francesco Mifsud Bonnici żiedu l-punteġġ tal-Athleta lejn it-tmiem biex huma temmew it-taqsima b’vantaġġ doppju 28-14. Fit-tieni sessjoni, Athleta komplew ikabbru d-distakk bil-punti ta’ Serra li però kellhu jinbidel wara kuntatt li tħalla għaddej fejn deher li weġġa’ mnieħru. Luxol però m’għarfux japprofittaw minn dan in-nuqqas u Athletabdew jaqbduhom bil-fast breaks ta’ Mifsud Bonnici u Nathan Xuereb biex kabrru l-vantaġġ għal 20 punt 45-25. Kien hawn li Luxol tejjbu l-logħba tagħhom u temmew it-taqsima b’run ta’ 8-2 għal skor ta’ 47-32.

Fit-tielet perjodu, bid-dħul ta’ Serra mill-ġdid, Athleta kisbu l-ewwel punti. Luxol irrispondew bi three pointers minn Jandric u Juan Navarro però Serra wkoll kiseb trippla għall-Athleta flimkien ma’ Mifsud Bonnici u Stefanovic. Il-punti komplew ġejjin b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat fejn għal Luxol Clayon Calleja u Jandric kienu protagonisti fi break ta’ 11-2 biex fi tmiem il-perjodu Athleta kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 72-62. Fl-aħħar taqsima Athleta fetħu bi 3 baskets mingħajr risposta minn Benoit Bartolo, Xuereb u Serra. Luxol komplew jitħabtu biex jibqgħu viċin speċjalment bil-punti kontinwi minn Jandric flimkien mat-trippli ta’ Micheal Sjoberg u Calleja. Athleta però kellhom vantaġġ komdu wara trippla ta’ Vincic u l-punti ta’ Bartolo u Serra biex ħarġu rebbieħa 97-86.

Gżira Athleta: K. Schembri, F. Mifsud Bonnici 9, R. Zammit, A. Serra 32, L. Stefanovic 29, M. Gauchi Montaldo 2, N. Xuereb 6, J. Aquilina 2, B. Bartolo 6, S. Vincic 11, M. Cilia, C. Puccia 7.

 

Luxol: J. Cefai, V. Jandric 48, I. El Gabaily 2, L. Djoric, C. Calleja 11, M. Sjoberg 7, J. Navarro 6, A. Micallef 12, M. Steenkamer.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Xuereb.

Marvels Frank Salt 43

 

Balkan Fusion 73

(8-15)(10-16)(12-23)(13-19)

Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin għal din il-partita għal raġunijiet diversi bil-Balkans jaħsbu wkoll fil-finali tan-Knockout li saret jumejn wara. Marvels fil-fatt kellhom biss sitt players fil-waqt li Balkans kellhom sebgħa. Balkans bdew il-partita b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Nicola Stankovic fost l-oħrajn. L-ewwel risposta ta’ Marvels waslet bi trippla ta’ Luke Azzopardi flimkien ma’ Christian Briffa. Balkans komplew bil-punti ta’ Ian Kumric u Nenad Bukva biex temmew l-ewwel sessjoni 15-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Balkans komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Slavko Opojevlic. Marvels kellhom risposta permezz ta’ Daniel Verebies u żewġ trippli oħra minn Azzopardi biex naqqsu d-distakk għal 9 punti qabel ma Stankovic għamel żewġ baskets oħra biex Balkans daħlu jistrieħu 31-18 minn fuq.

Wara l-intervall l-andament tal-partita baqa’ l-istess bil-Balkans jibdew bi break ieħor ta’ 13-2 fosthom trippla ta’ Kumric. Marvels kellhom break qasir ta’ 8-2 b’baskets ta’ Briffa u Darryl Pisani però Balkans għalqu l-perjodu b’żewġ baskets ta’ Stankovic u ieħor ta’ Opojevlic għal skor ta’ 54-30. Fl-aħħar taqsima, Balkans kellhom run oħra ta’ 14-0 fejn bdew jiksbu l-punti minn diversi players. Marvels waqqfuhom b’baskets minn Azzopardi u Pisani flimkien ma’ trippla ta’ Quentin Bugeja bil-Balkans jagħmlu l-aħħar punti permezz ta’ Stankovic u Opojevlic.

Marvels Frank Salt: D. Pisani 10, L. Azzopardi 11, C. Briffa 8, Q. Bugeja 12,  D. Borg, D. Verebies 2.

Balkan Fusion: M. Stjepanovic 6, I. Kumric 11, S. Opojevlic 14, Z. Stankovic 6, N. Bukva 7,V. Lekovic,  N. Stankovic 29.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

Depiro 56

Siġġiewi 66

(10-20)(17-5)(23-16)(6-25)

Siġġiewi wettqu sorpriża meta għelbu lil Depiro 66-56 li bħal partita ta’ qabel aktar kien moħħhom fil-finali ta’ jumejn wara kontra l-Balkans. Depiro kienu mingħajr Jack Nygaard u Siġġiewi kellhom nieqes ukoll lil Hubert Agius però rkupraw liż-żewġ Serbi Milan Nedic u Alex Novakovic li mexxew it-team. Siġġiewi fetħu tajjeb u marru 12-2 minn fuq wara żewġ trippli ta’ Novakovic u Nedic. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Janis Vibe u Kurt Xuereb li kellhu wkoll trippla però Siġġiewi temmew is-sessjoni bil-punti ta’ Omar Shamala u Novakovic biex fetħu vantaġġ doppju 20-10. Fit-tieni sessjoni Depiro bdew jirkupraw u għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Nicholas Grech biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 19-22. Siġġiewi kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti u Depiro komplew jagħfsu u baskets ta’ Miguel Brincat, Ethan Briffa u Xuereb rawhom jidħlu għall-intervall basket minn fuq 27-25.

Fit-tielet taqsima,Depiro dehru li se jieħdu kontroll tal-partita hekk kif kabbru d-distakk għal sitt punti wara aktar punti ta’ Brincat. Novakovic però kellhu ħsibijiet oħra u naqqas id-distakk għal punt wara three pointer ieħor 34-35. Hawn Depiro reġgħu żiedu l-logħob tagħhom u rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti wara baskets minn Xuereb u Grech u Matthew Borg 50-40. Fl-aħħar taqsima però ġara dak li ftit stennew hekk kif Depiro waqfu jagħmlu l-punti. Minn naħa tagħhom Siġġiewi għaqqdu break qawwi ta’ 18-0 b’diversi punti ta’ Novakovic biex marru 61-52 minn fuq. Depiro kellhom biss risposta permezz ta’ żewġ baskets minn Brincat u Vibe hekk kif Siġġiewi għamlu l-aħħar 5 punti tal-partita minn Nedic u Novakovic biex ħarġu rebbieħa 66-56.

Depiro: E. Briffa 2, A. Attard, N. Grech 12, J. Camilleri 2, M. Zloh, K. Xuereb 20, M. Borg 2, M. Brincat 8, M. Mallia, M. Debattista, J.Vibe 10.

 

Siġġiewi: M. Nedic 15, J. Carter, R. Alosco 2,  A. Novakovic 30, M. Baldacchino 2, R. Camilleri 10, A. Baldacchino 2, O. Shamala 5.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

13

12

1

25

1027

637

Gżira Athleta

13

11

2

24

1082

814

Depiro

13

10

3

23

1018

836

Luxol

13

9

4

22

964

882

Hibernians

13

7

6

20

812

908

Siġġiewi

14

6

8

20

839

972

Startlites

13

3

10

16

793

972

Victoria Libertas

14

1

13

15

695

932

Marvels Frank Salt

14

1

13

15

723

1000


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/sorpriza-minn-siggiewi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.