Snooker: Malta irrapreżentata fil-European Under-17 Championship

Wednesday, December 28, 2016, 15:15

Gavin muscat

Il-ħdax il-Kampjonat Ewropew tal-Snooker għal żagħżagħ taħt is-17 il-sena se jsir bejn l-4 u l-11 ta` Jannar 2017 ġewwa Tal-Pjazza Restaurant f`Buġibba.

Ser jieħdu sehem 12 il-player minn Malta, l-Ingilterra, il-Belgju u li-Żvezja. Malta ser tkun rappreżentata minn Isaac Borg u Matthia Debono. Borg li jilgħab fl-Ewwel Divizjoni lokali diġa kellhu esperjenza internazzjonali f`diversi kampjonati Ewropej. Min-naħa tiegħu Debono li għad għandu 12 il-sena se tkun l-ewwel esperjenza internazzjonali tiegħu.

It-tournament se jkollhu prize money ta’ 1,000 Euro u se jkun sponsorjat minn Tal-Pjazza Restaurant ta` Buġibba.





Leave a comment