Snooker: Alex Borg u Duncan Bezzina fit-Tim Malti ghat-Tazza tad-Dinja gewwa c-Cina

Tuesday, June 27, 2017, 11:08

Malta se tkun irrapprezentata mill-plejer professjonali Alex Borg u c-Champion lokali Duncan Bezzina li se jiffurmaw it-tim Malti ghat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament ser jintlaghab gewwa Wuxi City Sports Park Stadium fil-belt ta’ Wuxi fic-Cina bejn nhar it-Tnejn u l-Hadd 9 ta’ Lulju.

F’din it-Tazza tad-Dinja ser jiehdu sehem 24 tim minn 23 pajjiz fejn ic-Cina se jkollha zewg timijiet bhala l-pajjiz organizzattiv. L-ahjar zewg plejers minn kull pajjiz se jkunu qed jirrapprezentaw lil pajjizhom bl-eccezzjoni tat-Tim Ingliz fejn in-numru 1 tad-dinja Mark Selby kellu jirtira minhabba li kiser subajgh u se jkolli jieqaf mil-loghob ghal xi gimghat. Postu issa hadu Barry Hawkins u fost il-favoriti li jirbhu t-Tazza hemm ic-Cina permezz tat-tim kompost minn Ding Junhui u Liang Wenbo, l-Ingilterra (Judd Trump u Barry Hawkins) u Skozja (John Higgins u Anthony McGill). L-24 tim gew imqassma f’erbgha gruppi ta’ sitt timijiet il-wiehed li jilaghbu fuq round-robin bl-ewwel tnejn ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw ghall-Kwarti Finali. Fil-fazi tal-gruppi jintlaghbu 5 frames kull loghba, erbgha singles u wiehed doubles fejn jinghata punt ghal kull frame mirbuh. Mill-Kwarti Finali l-quddiem il-loghob ikun fuq l-ahjar minn 7 frames.

It-Tim Malti telgha biex jilghab fi Grupp C li jinkludi l-Ingilterra (Judd Trump u Barry Hawkins), l-Awstralja (Neil Robertson u Kurt Dunham), Svizzera (Alexander Ursenbacher u Darren Paris), Pakistan (Hamza Akbar u Shahram Changezi) u l-Iran (Hossein Vafaei u Soheil Vahedi). L-ewwel loghba tat-tim Malti tkun kontra l-Awstralja nhar it-Tnejn ghal habta tat-8.30pm (hin tac-Cina).
It-Tazza tad-Dinja se tkun murija diretta fuq diversi stazzjonijiet tat-TV fosthom Eurosport u CCTV 5.

World Cup 2017 Draw and Format





Leave a comment