Snooker: Alex Borg jirbah il-Kampjonat Nazzjonali tal-Masters

Monday, May 15, 2017, 11:51

Kampjonat Nazzjonali tal-Masters tas-Snooker 2016/17 organizzat mill-MBSA

Alex Borg li jilghab mal-Klabb Juventutis Domus taz-Zejtun rebah ilKampjonat Nazzjonali tal-Masters (Over 40) tas-Snooker organizzat millMalta Billiards & Snooker Association meta fil-Finali li ntlaghbet il-bierah huwa gheleb lil Simon Zammit tal-Jesmond Sporting Club, Hamrun bl-iskor ta’ 5-1. Il-final intlaghbet gewwa l-Kazin tal-Banda Pinto, Hal-Qormi u kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Brincat. Kien Borg li rebah l-ewwel erbgha frames fejn fihom ghamel breaks ta’ 50, 51, 53 u 56 biex mar 4-0 minn fuq qabel l-intervall. Wara l-mistrieh Zammit rebah il-hames frame bi break ta’ 69 punt izda Borg rebah il-frame ta’ wara ghal skor finali ta’ 5-1.

Kampjonat Nazzjonali tal-Billiards 2016/17 organizzat mill-MBSA

Joe Agius rebah il-Kampjonat Nazzjonali tal-Billiards organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-Finali li ntlaghbet nhar il-Hamis gewwa l-Anglo Maltese League, il-Belt huwa gheleb lil Brian Cardona bilpuntegg 464-322. Il-Final intlaghbet fuq hin ta’ saghtejn u nofs u kienet ikkontrollata mir-referee Frans Bugeja.





Leave a comment