Snooker: Alex Borg jilghab fir-Riga Masters nhar il-Gimgha

Monday, June 19, 2017, 13:32

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg ikkwalifika ghat-tieni rawnd tar-Riga Masters li ser jintlaghab fi tmiem il-gimgha gewwa l-Arena Riga, fil-belt kapitali tal-Latvja wara li l-plejer avversarju n-numru 1 u Champion Mondjali Mark Selby irtira minhabba ragunijiet personali. Dan it-turnament huwa l-ewwel wiehed tal-istagun mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association. It-turnament jibda nhar il-Gimgha u jintemm il-Hadd li gej fl-ghaxija meta tintlaghab il-Finali.

Fit-tieni rawnd Borg issa jiltaqa’ kontra l-plejer Ciniz Zhang Anda li fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni li ntlaghab fil-bidu ta’ Gunju gewwa Preston fl-Ingilterra gheleb lil Allan Taylor bl-iskor ta’ 4-2. Il-loghba bejn Borg u Anda tintlaghab nhar il-Gimgha fis-6.00pm (hin ta’ Malta) u tkun l-ahjar minn 7 frames.





Leave a comment