Snooker: Alex Borg jibda bl-impenji tieghu fil-Main Tour nhar is-Sibt

Thursday, June 1, 2017, 16:13

L-istagun tas-snooker 2017-18 tal-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association jibda ghada meta gewwa l-Guild Hall ta’ Preston jibdew jintlaghbu l-loghob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kaspersky Riga Masters. Dan il-loghob isir bejn ghada u nhar il-Gimgha li gejjin fejn l-64 plejer li jikkwalifikaw jilghabu fil-fazi finali li ssir gewwa Riga fil-Latvja bejn it-23 u l-25 ta’ Gunju li gej.

Il-plejer professjonali Malti Alex Borg fl-ewwel rawnd se jiltaqa’ kontra c-Champion tad-Dinja u numru wiehed fir-rankings mondjali l-Ingliz Mark Selby. Din il-loghba izda giet mizmuma biex tintlaghab gewwa Riga fit-23 ta’ Gunju. Il-loghba tkun fuq l-ahjar minn 7 frames.

Borg jiftah l-impenji tieghu f’dan l-istagun meta nhar is-Sibt jilghab loghba ta’ kwalifikazzjoni fic-China Championship. Il-loghob ta’ kwalifikazzjoni jintlaghab ukoll gewwa Preston bejn is-Sibt li gej u t-Tlieta 6 ta’ Gunju. L-64 plejer li jikkwalifikaw jilghabu fil-fazi finali li ser isiru gewwa Guangzhou fic-Cina bejn is-16 u t-22 t’Awwissu li gej. Nhar is-Sibt Borg jiltaqa’ kontra l-Ingliz Mike Dunn fil-11.00am (hin ta’ Malta) bir-rebbieh jikkwalifika ghall-fazi finali. Il-loghba tkun l-ahjar minn 9 frames.

Sadanittant wara li ghadu kif intemm l-istagun 2016-17 Borg ghamel avvanz ta’ 45 post fir-rankings mondjali meta se jibda fit-83 post fl-istagun li jibda ghada. Fl-ewwel tliet postijiet tar-rankings insibu lil Mark Selby, John Higgins u Judd Trump rispettivament.

Il-kalendarju tal-Main Tour ghall-istagun 2017/18jista’ jinkiseb billi tidhol fil-link:

http://www.worldsnooker.com/wp-content/uploads/2015/02/Calendar-2017-18-v15.pdf





Leave a comment