Snooker: Alex Borg impenjat fis-Shoot Out nhar il-Ħamis

Thursday, March 2, 2017, 22:23

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg nhar il-Ħamis ikun impenjat fis-Shoot-Out organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-tournament se jintlgħab ġewwa Watford Coliseum f’Watford, l-Ingilterra bejn nhar il-Ħamis u nhar il-Ħadd li ġejjin. F’dan it-tournament se jieħdu sehem 128 plejer.

Borg ikun fl-azzjoni nhar il-Ħamis fit-2.40pm (ħin ta’ Malta) meta jiltaqa’ kontra l-plejer Tajlandiż Thepchaiya Un-Nooh. Dan it-tournament jintlgħab fuq frame wieħed biss ta’ 10 minuti bil-plejer li jkollu l-aktar punti wara li jgħaddi l-ħin joħroġ rebbieħ.

Il-logħbiet kollha f’dan it-tournament se jintwerew diretti fuq l-istazzjon Ingliż ITV4.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.

Alex Borg





Leave a comment