- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Snooker: Alex Borg impenjat fil-Fażi Finali taċ-China Open

Posted By Sportinmalta On March 24, 2017 @ 2:47 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg għada jħalli Malta fi triqtu lejn iċ-Ċina biex min-nhar it-Tnejn jibda jieħu sehem fil-fażi finali taċ-China Snooker Open organizzat mill-World Snooker Association li ser jintlagħab ġewwa l-Beijing University Students Gymnasium. It-tournament jibqa’ sejjer sal-Ħadd 2 t’April.

Borg ikkwalifika għall-fażi finali wara li f’Jannar li għadda għeleb lill-plejer Ingliż Jack Lisowski bl-iskor ta’ 5-1 fi Preston ġewwa l-Ingilterra. Borg ikun fl-azzjoni nhar it-Tnejn fit-3.00am (ħin ta’ Malta) kontra l-plejer Ċiniż Niu Zhuang li daħal f’dan it-turnament bħala wildcard. Ir-rebbieħ ta’ din il-logħba jilgħab kontra l-plejer numru 17 fid-dinja l-Ingliż Ricky Walden nhar it-Tlieta fis-2.30pm (ħin ta’ Malta). Il-logħbiet ikunu fuq l-aħjar minn 9 frames.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq www.worldsnooker.com.

Alex Borg


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/snooker-alex-borg-impenjat-fil-fazi-finali-tac-china-open/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.