Snooker: Aktar riżultati pozittivi għall-Maltin fil-Qatar

Wednesday, November 23, 2016, 19:54

Gavin Muscat

Brian Cini u Jason Peplow kisbu riżultati pozittivi fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker li qed isiru gewwa Doha, fil-Qatar.

Cini, li qed jilgħab fi grupp C,  fil-kategorija tal-irgiel, rebaħ it-tieni logħba tiegħu l-bierah meta għeleb lil Akdi Soulaimane tal-Marokk 4 – 0. Illum wara nofsinhar rega kien fl-azzjoni u rebaħ lil Antonis Poullos ta’ Ċipru bl-iskor ta’ 4 – 0. B’hekk qed jokkupa l-ewwel post fil-grupp tiegħu b’għaxar punti segwit minn Mohammad Rais Senzah tal-Afganistan bi 8. Huwa ser jilgħab l-aħħar logħba tal-grupp kontra l-istess  Mohammad Rais Senzah, għada it-tlieta 22 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija (ħin lokali – Qatar).

Fil-kategorija tal-Masters, Jason Peplow, li qed jilgħab fi grupp G, beda l-impenji tiegħu b-rebha ta’ 3 – 0 kontra Marc Chouillier ta’ Franza. Huwa jerggħa jkun fl-azzjoni għada meta jilgħab kontra Asgeir Gudbjartsson tal-Izlanda fis-1pm hin lokali (Qatar).

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati tista’ tinkiseb minn fuq il-websites www.esnooker.pl u www.ibsf.com





Leave a comment