SN Suns jirkupraw u jeleminaw lil Hibs

Tuesday, October 22, 2013, 19:11

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Le Vin Wine Bar 66

Miscela D’oro Mtarfa 55
(16-16)(19-11)(19-13)(12-15)

L-aħħar team li għamel id-debutt tiegħhu f’din il-kompetizzjoni kien Phoenix Le Vin Wine Bar u huma ltaqgħu kontra Miscela D’oro Mtarfa u rebħu 66-55. Huma kellhom players ġodda bħal Jonathan Ransley u Daryll Pisani fil-waqt li Mtarfa kellhom nieqsa lil Josef Attard, Jarnis Viibe u Matthew Borg mill-ewwel ħarġa tagħhom. Kienu Mtarfa li ħadu l-ewwel vantaġġ wara diversi punti minn Samuel Zammit fosthom trippla. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Ransley, Andres Toompere u trippla ta’ Antoine Costa. Zammit reġa poġġa lil Mtarfa minn fuq bi trippla oħra però Phoenix ippareġjaw b’żewġ freethrows ta’ Ransley 16-16. Phoenix bdew it-tieni sessjoni bi trippla oħra ta’ Costa f’run ta’ 7-0. Kien imiss lil Timothy Zammit jagħmel trippla għal Mtarfa flimkien ma’ basket ta’ ħuħ Samuel. Phoenix kienu għadhom erbgħa minn fuq 25-21 u kabbru d-distakk wara run oħra ta’ 8-0 magħluqa bi trippla ta’ Toompere. Mtarfa wieġbu bil-punti ta’ Zammit però fil-halftime Phoenix kienu 8 minn fuq 35-27.

Wara l-intervall l-aħwa Zammit komplew jagħmlu l-punti għall-Imtarfa però Phoenix reġgħu għamlu break ta’ 9-2 b’punti minn Costa u Ransley. Samuel Zammit kellhu trippla oħra iżda Phoenix baqgħu fil-kontroll b’ħames punti oħra biex żiedu l-vantaġġ 54-40. Fl-aħħar sessjoni kien hemm trippla ta’ Karl Azzopardi għal Phoenix. Hawn Mtarfa għamlu l-aħħar sforz bi break ta’ 11-4 iżda din ma kienitx biżżejjed u Phoenix rebħu l-partita 66-55.

Phoenix Le Vin Wine Bar: J. Rafa, M. Galea 5, D Pisani 4, K. Azzopardi 3, D. Debattista 1, R. Curmi, C. Briffa, L. Azzopardi 3, A. Costa 12, J. Ransley 20, A. Toompere 18.

Miscela D’oro Mtarfa: M. Agius, K. Xuereb 10, C. Calleja, A. Psaila, N. Grech 2, D. Farrugia 2, T. Zammit 9, S. Zammit 28, R.J. Zammit, D. Schembri 4.

Referees: Steve Gouder, Clive Terribile.

Hibs 64

SN Suns 69
(11-19)(21-18)(7-16)(25-16)

Bis-sistema li ġiet utiliżżata mill-MBA dan l-istaġun, Hibs ġew eleminati mil-kompetizzjoni tas-shield wara telfa kontra SN Suns 69-64. Hibs kienu mingħajr Kurt Sultana u Suns kellhom nieqsa lil Igor Marjanovic, Robert Mercieca u Mark Ciantar. Suns bdew bl-ewwel seba’ punti tal-logħba bi trippla ta’ Michael Barberi. Hibs kisbu l-ewwel punti fit-tielet minuta b’basket ta’ Simon Attard. Suns komplew iżidu l-punti speċjalment bil-punti ta’ Keith Scicluna u temmew is-sessjoni 19-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm it-trippla ta’ Adrian Baldacchino għal Hibs però Scicluna kompla jagħmel il-punti ta’ Suns li żammew vantaġġ ta’ 6 punti 27-21. Hibs naqqsu d-distakk bi break ta’ 8-2 b’żewġ three pointers ta’ Luke Farrugia. Punti ta’ Adrian Pace u Hubert Agius għal Suns għalqu t-taqsima fuq skor ta’ 37-32 favurhom.

Wara l-intervall Lee Grech għamel 10 punti waħdu biex il-vantaġġ ta’ Suns kiber għal 13 –il punt 47-34. Hibs wieġbu bi trippla ta’ Baldacchino u basket ta’ Brian Zammit però Suns għamlu tlett baskets oħra biex temmew il-perjodu 53-39 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Hibs tħabtu biex naqqsu d-distakk u bdew bi break ta’ 7-2 fosthom trippla ta’ Kieron Caruana. Suns kellhom żewġ baskets oħra minn Grech u Scicluna però Hibs komplew iżidu fl-isforzi tagħhom bi break ieħor ta’ 10-2 biex waslu sa’ 7 punti ‘l bogħod 56-63. Żewġ baskets wara xulxin ta’ Grech kienu strumentali biex Suns ħadu ftit tan-nifs u minkejja li Hibs kellhom it-trippli minn Caruana u Attard, Suns rebħu l-partita 69-64.

Hibs: M. Ciantar, B. Zammit 2, L. Farrugia 8, S. Atttard 20, A. Baldacchino 16, K. Caruana 10, R. Carabott 6, G. Agius 2, J. Sant.

SN Suns: A. Pace 5, S. Borg, K. Scicluna 20, L. Grech 24, H. Agius 10, M. Barberi 5, S. Cauchi 1, R. Camilleri 4.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani





Leave a comment