SN Suns iħallu għal wara l-mistrieħ

Thursday, October 25, 2012, 9:15

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

 

Starlites 43

Siġġiewi 50

(9-18)(13-9)(9-9)(12-14)

 

Phoenix vs Mtarfa

Phoenix vs Mtarfa

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa fis-Saint James Hospital Shield meta għelbu lil Starlites 50-43. Il-partita kellha fażijiet differenti fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. Siġġiewi li kienu mingħajr Graham Coleiro u Clement Kodomaris bdew b’run ta’ 9-2 fl-ewwel erba’ minuti bi trippli ta’ Alister Duncan u Anthony Shoults. Starlites bdew ifallu l-freethrows u t-tieni trippla ta’ Shoults rat lil Siġġiewi jtemmu s-sessjoni 18-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew b’basket ta’ David Garcia pero’ Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 9-0 mindija minn trippla ta’ Matthew Shoults. Pero’ minn nofs is-sessjoni waslu biss punti ta’ Starlites b’run ta’ 11-0 biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal 5 punti 22-27.

Il-mument tajjeb ta’ Starlites kompla fil-ftuħ tat-tielet sessjoni u trippla ta’ Robert Loporto fil-5 minuta tathom il-vantaġġ 28-27. Siġġiewi rkupraw b’iktar punti ta’ Petar Vulovic u Shoults biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 36-31. Fl-aħħar perjodu, Starlites reġgħu resqu viċin wara trippla minn Garcia u Loporto 41-43. Siġġiewi għalqu l-partita minn fuq il-freethrow line b’seba’ freethrows konsekuttivi biex rebħu l-partita 50-43.

           

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 8, R. Bonnici, J.C. Khalil 5, S. Bonnici 7. D. Garcia 17, C. Doublet, K. Galea, D. Sultana, B. Soler 6, A. Cutajar, F. Bartolo.

Siġġiewi: P. Vulovic 20, G. Agius 2, S, Mamo 2, M. Shoults 3, JP Antoncic 1, A. Borg 6, A. Duncan 4, A. Debattista, A. Shoults 12, L. Grima.

Referees: Luke Camilleri, Clive Terribile.

 

Floriana 40
SN Suns 73

(11-11)(13-14)(6-32)(10-16)

 

L-aħħar team li għamel id-debutt għal dan l-istaġun kien Saint Nicholas Suns li din is-sena qiegħdin jiċċelebraw l-għaxar anniversarju tagħhom. Huma ħallew għal wara l-mistrieħ biex jegħlbu l-isfida ta’ Floriana 73-40. Suns għandhom lil Josef Paris u Stayan Kivshanov bħala players ġodda fil-waqt li tilfu lil Trevor Grech. Floriana kienu mingħajr Daniel Bugeja. Il-partita kellha bidu kwiet u fil-ħames minuta Floriana kienu 7-5 minn fuq wara trippla ta’ Jeremy Curmi. Il-bilanċ baqa’ evidenti sa’ tmiem il-perjodu għal skor ta’ 11-11. It-tieni perjodu fetaħ b’żewġ baskets ta’ Rihards Polis għal Floriana pero’ Suns wieġbu bi break ta’ 10-0 bejn it-tieni u l-ħames minuta. Floriana rkupraw biex kienu huma li għamlu run ta’ 9-0 pero’ minkejja li marru 3 punti minn fuq, l-aħħar żewġ baskets ġew minn Suns li daħlu jistrieħu punt minn fuq 25-24.

Wara l-intervall, l-istorja nbidlet għaliex it-tielet sessjoni kienet dominata kompletament minn Suns speċjalment wara run ta’ 18-2 b’żewġ trippli ta’ Michael Barberi. Floriana ftit setgħu jirrispondu u Suns għalqu b’run oħra ta’ 10-0 għal skor ta’ 57-30. L-aħħar sessjoni ftit kellha storja hekk kif Suns komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 10-2 fil-bidu. Floriana naqqsu xi ftit id-distakk b’ħames punti konsekuttivi pero’ Suns rebħu l-partita 73-40.

 

Floriana Francesco Fenech: S. Schembri 4, K. Vella, R. Polis 11, J. Curmi 15, R. Cassar 2, E. Farrugia, O. Shamala 2, J. Tanti 6

SN Suns: K. Scicluna 4, S. Borg, R. Camilleri 11, J. Paris 3, H. Agius 13, M. Barberi 10, S. Kivshanov 6, S. Farrugia, R. Mercieca 8, R. Camilleri 4, S. Cauchi, I. Marjanovic 14.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 55
Miscela D’Oro Mtarfa 45

(12-10)(8-13)(15-10)(20-12)

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 55-45. Protagonist ewlieni għalijhom kien Antoine Costa li għamel 30 punt mill 55 ta’ Phoenix li kellhom lil Franċiż Fabien Mezanger jagħmel id-debutt tiegħi. Mtarfa kellhom wirja posittiva u sa’ tlett minuti mit-tmiem kienu għadhom punt minn fuq 40-39. Depiro bdew tajjeb u wara sitt minuti kienu 10-2 minn fuq fejn kellhom trippla minn Malcolm Sammut. Phoenix irkupraw u kienu huma biss li għamlu l-punti f’run ta’ 10-0 biex temmew is-sessjoni 12-10 minn fuq. Il-punti naqsu xi ftit fit-tieni sessjoni bil-vantaġġ jinbidel kontinwament. Kien hemm trippli fuq kull naħa lejn tmiem is-sessjoni qabel ma David Cini għamel basket ieħor għal Mtarfa għal skor ta’ 23-20.

Wara l-intervall, Mtarfa komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom permezz ta’ baskets minn Jarnis Viibe fid-debutt tiegħu u Shawn Baldacchino. Phoenix wieġbu b’żewġ baskets ta’ Clayton Camenzuli biex wara bdew jaslu t-trippli ta’ Costa meta għamel 3 wara xulxin u Phoenix ħadu vantaġġ 35-33. Sat-tielet minuta tal-aħħar sessjoni, Phoenix kienu għadhom 39-35 minn fuq pero’ Mtarfa għamlu l-punti permezz ta’ trippla ta’ Sammut u basket ta’ Daniel Debono. Reġa kien Costa li poġġa lil Phoenix fuq quddiem 46-40 u għalkemm Mtarfa waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod, freethrows minn Gary Micallef u trippla ta’ Darren Debattista serrħu rashom mir-riżultat. Dan tal-aħħar kellhu jittieħed l-isptar wara daħla kerha fuq Jean Paul Borg eżatt qabel spiċċat il-partita li rat lil Phoenix joħorġu rebbieħa 55-45.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli, G. Micallef 2, J. Vassallo 1, K. Azzopardi 3, D. Debattista 3, R. Curmi, T. Grech 2, K. Genovese, J. Gambin 10, A. Costa 30, K. Vella, F. Mezanger 4.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 13, M. Sammut 9, J. Attard 5,  J. Viibe 7, JP Borg, N. Grech 2,  D. Farrugia, D. Debono 2, D. Cini 2, D. Schembri 5.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani





Leave a comment