Sliema Wds-Khazar Lankaran għada fic-Centenary

Monday, July 1, 2013, 12:38

minn Andre’ Xuereb

Għada filgħaxija fis-17:45 , Sliema Wanderers jaffrontaw lil Khazar Lankaran tal-Ażerbaijan li għandhom bħala kowċ lil eks plejer ta’ Liverpool John Toshack

Wara l-wasla fil-Hotel fejn ser ikunu alloġġjati u wara taħdita mal-kowċ , ħafna mill-plejers marru għal mixja max-xatt tas-Sliema , il-plejers dehru kalmi u rilassati . Mill ftit kummenti li taw lil sportinmalta.com il-plejers ddikjaraw li mhux ser  jissotovalutaw lit-tim Slimiż.

Toshack , huwa  l-istess kowċ li fl-1982 kien affronta lil istess Sliema Wanderers  fil-Uefa Cup, fejn dak iż-żmien kien kowċ ta’ Swansea.

Toshack inħatar kowċ ta’ Khazar fil-15 ta’ Marzu 2013 u fl-aħħar tal-kampjonat Khazar spiċċaw fid-9 post minn 12 -il tim.

Khazar Lankaran ifformaw ruhom bħala klabb fl-2004 , u min dik is-sena ‘ il quddiem dejjem ipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet ewropej , fej minn 14-il partita , rebħu partita waħda kontra Nomme Kalju , sitt draws u erba’ telfiet.

Il-bażi tat-tim huma mill-Azerbaijan b’ taħlita’ ta’ plejers barranin ta’ livell, l-goalkeeper Toni Doblas eks Real Betis u Real Zaragoza u Adrian Pit eks Roma fost barranin oħra.

 

 

 





1 Comment

  1. sacha says:

    Lankaran allogiati Palace hotel Sliema

    [Reply]

Leave a comment