Sliema Wanderers jirrilaxxaw tlieta mill-erba’ plejers barranin

Thursday, April 21, 2011, 18:32

minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers mhux se joffru kuntratti ġ0dda lil tlieta mill-erba’ plejers barranin li kellhom f’ dan l-istaġun. Danilo Doncic, il-kowċ ta’ Sliema lbieraħ informa lill-goalkeeper Ungeriż Viktor Szentpeteri u lill-istrikers Obinna Obiefule u Chakib Lackham li mhumiex se jinżammu mill-klabb Slimiż. Għalhekk il-Brażiljan Jackson Lima huwa l-uniku plejer barrani li ffirma estensjoni fil-kuntratt mal-Blues.

Sliema li temmew id-dmirijiet tagħhom f’ dan l-istaġun fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta għelbu lil Vittoriosa bl-iskor ta’  tnejn b xejn tefgħu ħarsithom fuq l-istriker Brażiljan Jorge Costa li lagħab ma’ Vittoriosa Stars f’ dan l-istagun. Ukoll Doncic irid iżomm lil-left back Steve Bezzina li jinsab misluf mal-Blues mingħand Valletta hekk kif Dyson Falzon il-winger ta’ Valletta li jinsab misluf għand Ħamrun Spartans huwa wkoll mira ewlenija għall-Blues għall-istaġun li ġej.





2 Comments

  1. CLINTON (BELT BISS) says:

    jekk ma zarmawx ax ek qed jisema ax intlejtu tilja dejn nobis

    biex sraqtu il league is sena l ohra staqsi lil john borg aka l electrition

    [Reply]

  2. Birkirkara Supporter says:

    I hope Birkirkara take an advantage of this …..
    I think Birkirkara fc should sign obinna obiefule becvause we need to strengthen our attack :D
    i Think Ibrahim babatunde and obinna obiefule would make a great partners in attacking

    [Reply]

Leave a comment