Sliema u Sirens jissieltu ghall-ewwel unur tal-istagun

Tuesday, May 10, 2011, 21:52

minn Christian Muscat

Bogdan Rath

Ghada l-erbgha fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal Qroqq tintlaghab l-ewwel leg tas-semi finali tal-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo bejn Sliema McDonalds u Sirens Ritter Sport.

Iz-zewg timijiet waslu ghall-finali billi ghelbu lill Neptunes Emirates u San Giljan Firetech rispettivament matul il-weekend illi ghadda, u mistennija taqtiegha harxa ghal dan l-ewwel unur ta’ l-istagun.

Sliema se jkollhom lill Bogdan Rath fit-tim taghhom wara id-debutt kontra Neptunes, filwaqt li Sirens jistriehu fuq il-premessa zaghzugha ta’ Dino Zammit u Clint Mercieca. Din hija l-ewwel leg minn finali fuq tliet partiti fejn minn jirbah tnejn jirbah il-Kampjonat.

It-tieni leg tintlaghab nhar il-Gimgha filwaqt li jekk ikun hemm bzonn tintlaghab it-tielet leg nhar il-Hadd. Fis-6 ta’ filghaxija tintlaghab ukoll il-playoff ghall-hames u s-sitt post bejn Marsascala Solid Base u Exiles Jet Services.





Leave a comment