Sliema Stompers jibdew l-istaġun b’rebħa

Tuesday, November 13, 2012, 22:52

 

It-tim tal-irġiel, tas-Sliema Stompers Rugby Klabb illum fetħu l-istaġun kontra Birkirkara Alligators RFC b’rebħa sabiħa ta’ 59-7. L-ewwel try wasal minn Camilleri bil-conversion magħmul minn Malcolm Attard. Din l-ewwel azzjoni tefgħet lil Stompers b’7-0 minn fuq fl-ewwel ftit minuti tal-logħba.

Kien Max Galea li għamel it-tieni try għal Stompers sabiex l-iskor tellgħu għal 12-0. Il-conversion din id-darba ma sarx. Try ieħor wasal minn għand Meijtes b’conversion li ħabat mal-lasta. Max Galea għamel it-tieni try tiegħu f’din il-partita u l-ballun fil-conversion għadda bejn iż-żewġ lasti bis-saħħa ta’ Attard. Sliema Stompers dehru li tilfu l-konċentrazzjoni tagħhom billi B’Kara rnexxielhom iżommuwhom u jgħamlulhom try madanakollu, bis-saħħa tat-tieni try ta’ Camilleri, Stompers reġgħu irpiljaw u komplew ikabbru l-vantaġġ tal-iskor tagħhom għal dak ta’ 34-0.

Max Galea ssiġilla l-logħba bl-aħħar try fejn il-logħba ntemmet bl-iskor ta’ 59-7. L-unika try li B’kara rnexxielhom jgħamlu kien bis-saħħa ta’ Luke Galea fejn wara, l-conversion ġie magħmul ukoll.





Leave a comment