Sliema jiffirmaw barrani ieħor

Thursday, June 9, 2011, 19:43
Danail Mitev akwist li nsista għalih il-kowċ Doncic

Danail Mitev akwist li nsista għalih il-kowċ Doncic

minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers assiguraw is-servizzi tal-istriker Bulgaru Danail Mitev. B’ hekk issa dan huwa t-tielet barrani mal-Wanderers flimkien mal-Braziljani Jackson Lima u Jorge Santos Silva. Dan il-plejer ta’ 27 sena beda l-akarriera tiegħu mal-youth teams ta’ Beroe Stara Zagora. Huwa lagħab ma’ Lokomotiv Sofia fl-ogħla diviżjoni fil-Bulgarija u s-sena l-oħra lagħab ma’ Bnei Sakhnin fil-Kampjonat Premier fl-Israel.

Sliema wkoll esprimew l-interess tagħhom fil-plejer Bulgaru ta’ Marsaxlokk Rumen Galabov li l-kuntratt tiegħu max-Xlukkajri jintemmlu fi tmiem dan ix-xahar. Huwa mifhum ukoll li Sliema urew interess fil-possibbilta’ li jiffirmaw lil Dyson Falzon b’self minghand Valletta. Preżentament Falzon qed jittrenja mal-Beltin imma teżisti possibilita’ kbira li jerga’ jiġi misluf lura lill-Hamrun Spartans matul dan is-Sajf.

Intant Jesmond Zammit il-kowċ il-ġdid ta’ Ħamrun Spartans qed jaħdem bis-sħiħ biex isaħħaħ l-iskwadra tieghu b’ Gianluca Calabretta jkun l-ewwel plejer li jinghaqad ma’ Hamrun mingħand Tarxien.





Leave a comment