Skwadra Maltija tal-Kickboxing ġewwa Trapani

Monday, November 14, 2011, 17:51

minn Catherine Micallef.

Il-federazjoni dinjija WMKF ( World Martial Kombat Federation) li għada kemm ġiet iffurmata sena ilu bejn l-Ikocċċiż  Lee Samsum u t-ġaljan Gino Vitrano , diga għandha madwar 7000 membru. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru sar l-ewwel kampjonat dinji ġewwa Trapani, l-Italja fejn attendew 520 atleta.Dan il-Kampjonat kien jikkonsisti f kull tip ta’ arti marzjali fosthom Karate, Muay Thai, Kickboxing, Grappling, Musical forms, eċċ. Il- federazjoni avviċinat lill-President tal-Malta Kickboxing Federation, Master Silvio Camilleri biex jipparteċipaw f’dan l-avviniment. ‘WuShuKy kickboxing club’ , ‘the Art of Fighting club’ u ‘ the  Basement kickboxing club’  fejn dawn it-3 clubs lokali ingħaqdu flimkien bħala MALTA SQUAD. Brandon ‘bogon’ Borg rebaħ il-Finali tiegħu kontra l-atleta Taljan fil ‘Muay thai fight’ u Darren Scerri kontra Sqalli fil ‘Kickboxing fight” fejn taw wirja stupenda ta’ 3 rounds kontinwi. Dawn għamlu unur kbir  lil Malta fejn ħadu t-trofew tal-ewwel post u ingħataw applaws kbir mill-udjenza preżenti li kien hemm, kif ukoll ġiet imxandra mill-istazzon tar-RAI  għandha tintwera f’Diċembru. Chris Said ukoll ġie l-ewwel post fil-kategorija tiegħu. Wirjiet stupendi ukoll kienu mingħand il-boxer Dione Galea fejn ħa sehem f ‘logħba kickboxing u ġie t-tieni post. il-Pro tal-federazjoni Maltija jifraħ ukoll lil Renalt Hayman, Alfred Bonnici, Joseph Bonello u Matthias Cristiano li ħadu sehem l-ewwel darba f’ kampjonat dinji u taw il-mija fil-mija tagħhom. F’dan il-kampjonat ġew imsejħa tliet uffiċjali Maltin biex iservu ta’  referees u anke judges. Silvio Camilleri u Alan Borg  għar-raba darba kellhom l-oppurtunita` fil-ġudikatura mondjali fejn din is-sena ingħaqad magħhom Kenneth Scerri. Kull min jixtieq jippratika dan l-isports kemm fuq livell ta’  kompetizzjoni u kemm bħala fitness training jista’ jżur wieħed minn dawn it-tliet clubs li qegħdin mifruxin ma’ Malta - f’Ħaż-Żabbar, San Ġiljan u l-Mosta. Wieħed jista’ wkoll jidħol fuq il-paġna fuq Facebook Wuma-Malta u jingħataw aktar informazzjoni dettaljata.





Leave a comment