- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Skeda ġdida u nnovattiva għal Malta Stars Melita Channel 614

Posted By Sportinmalta On October 19, 2016 @ 11:19 am In Featured,Other | No Comments

L-Istazzjon Sportiv ta’ Melita, Malta Stars, Melita Channel 614, nieda skeda ġdida u nnovattiva ddedikata lill-isport lokali.

L-Istazzjon Malta Stars li għal dawn l-aħħar snin kien sinonimu max-xandiriet diretti tal-logħob mill-Kampjonat BOV Premier, minn dan ix-xahar se jkun qed jitrasmetti għażla ikbar ta’ sport lokali b’mod esklussiv.

Dawn jinkludu l-aqwa logħbiet mill-Kampjonat tar-Rugby, Volleyball, Hockey, Tiġrijiet taż-Żwiemel, Motorsport, Darts, Snooker u Handball fost oħrajn.

L-aqwa logħbiet mill-Kampjonati tar-Rugby, Futsal u Handball kienu għad-disponibilita tal-klijenti ta’ Melita fuq Malta Stars għal dawn l-aħħar tliet staġuni iżda l-Volleyball, it-Tiġrijiet taż-Żwiemel mill-korsa tal-Marsa, il-Kickboxing u l-Hockey se jkunu qed jidhru għall-ewwel darba fuq dan l-istazzjon.

Malta Stars se jibda jxandar l-ewwel run ta’ kull kampjonat matul il-ġimgħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-20:00hrs b’diversi ripetizzjonijiet għall-entużjasti tal-isport li jkunu tilfu x-xandira favorita tagħhom.

Kunċett ġdid għall-istazzjon Malta Stars se jkun l-introduzzjoni tar-Retro Day fejn kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, wieħed se jkun jista’ jġedded il-memorji ta’ avvenimenti sportivi mill-arkivji ta’ Melita u li jmorru lura għal dawn l-aħħar għaxar snin. Retro Friday se jkun qed ixandar fost l-oħrajn l-aqwa logħbiet ta’ dawn l-aħħar għaxar snin tat-Tim Nazzjonali Malti tal-Futbol, il-finali tal-FA Trophy u tal-GFA Cup, l-aqwa logħbiet tat-Tim Nazzjonali tar-Rugby, finali tan-Knock Outs tal-Waterpolo u l-aqwa logħbiet tal-isnooker fothom logħbiet tal-Istilla Maltija Tony Drago.

Malta Stars għal dan l-istaġun ukoll se jkun ukoll wieħed mill-broadcasters uffiċjali tal-Kampjonat MFA BOV Premier u FA Trophy fejn se tkun qed tixxandar tal-inqas logħba diretta fil-ġimgħa u oħra differita matul il-ġimgħa.

Wieħed jista’ jsegwi d-dettalji tal-iskeda sħiħa fuq www.melita.com.

Wieħed jista’ jara l-istazzjon Malta Stars kemm fuq il-akkett  L u XL ta’ Melita. Għal aktar informazzjoni u l-mod ta’  kif wieħed jista’ jsegwi l-istazzjon Malta Stars, ċempel fuq 27270270 jew żur  www.melita.com

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/skeda-gdida-u-nnovattiva-ghal-malta-stars-melita-channel-614/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.