SKAMBJU IEĦOR TA’ REFEREES U ASSISTENTI REFEREES MAL-FOOTBALL FEDERATION TAL-KOSOVO

Friday, March 9, 2018, 15:07

Wara li sena ilu tnieda l-ewwel skambju ta’ uffiċjali bejn il-Malta Football Association u l-Football Federation tal-Kosovo, fi tmiem il-ġimgħa li ġej ser nassistu għat-twettiq ta’ skambju ieħor simili meta grupp ta’ erba’ uffiċjali – l-Elite referees Matthew De Gabriele u Sandro Spiteri, l-Elite assistant referee Theodore Zammit u l-Elite Development assistant referee Duncan Spencer – imorru l-Kosovo biex jikkontrollaw żewġ logħbiet mill-ogħla kampjonat Kosovani.

Is-Sibt l-10 u l-Ħadd il-11 ta’ Marzu 2018, Matthew De Gabriele u Sandro Spiteri jalternaw ir-rwoli tagħhom bħala referee u raba’ uffiċjal, filwaqt li Theodore Zammit u Duncan Spencer ikunu l-assistenti referees tagħhom.

Opportunità bħal din għall-ogħla kategorija ta’ uffiċjali tagħna li jikkontrollaw logħbiet ’l barra minn xtutna, tkompli tgħinhom iżidu l-esperjenza tal-karrieri tagħhom u jgħollu l-livell.





Leave a comment