Sitting Volleyball activity during the European Week of Sport

Thursday, September 17, 2015, 16:52
  • Note: This article has been posted in both English and Maltese
  • Nota:Dan l-artilu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

With the slogan ‘#BeActive’, the European Week of Sport, organised by the European Union and co-ordinated in Malta by Sport Malta, aimed at encouraging as many European residents as possible to take part in a sport or physical activity during the week between the 7th and 13th September 2015.

The sitting volleyball activity organised by Birkirkara Volleyball Club together with ParaVolley Malta, and backed by the Malta Volleyball Association, aimed at encouraging people of any age and with various physical abilities to try out this new inclusive sport for the local community.

Sitting Volleyball is a Paralympic sport in which the athletes play volleyball whilst sitting on the ground.  With a smaller court and a lower net, sitting volleyball is a fast paced game, based on the same rules used in volleyball, with some minor differences.

The activity held during the European Week of Sport attracted individuals keen to try out this new sport, with ages varying from seven to fifty, and with abilities varying from people who were playing volleyball for the first time to others who have been playing volleyball for more than twenty years.  Although with all these differences, however all participants could be able to take part in Sitting Volleyball with success.

Both Hon. Dr. Michael Farrugia, Minister for the Family and Social Solidarity, as well as Hon. Mr. Chris Agius, Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth and Sport, showed their support for this activity by attending and speaking to the participants.  They both emphasised that sport not only can bring down barriers related to physical ability, but also about the fact that playing a sport is highly beneficial for a healthy lifestyle.

This activity was also backed by General Soft Drinks and Cassar Camilleri Ltd.

For more information about Sitting Volleyball, one may contact ParaVolley Malta through email at paravolleymalta@gmail.com.

_______________________________________________________________________________________________

Malti

Attività tas-Sitting Volleyball fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Bil-motto prinċipali ‘#BeActive’ il-ġimgħa Ewropea tal-Isport, organizzata mill-Unjoni Ewropea, u kkoordinata hawn Malta minn Sport Malta, kellha l-għan li tħeġġeġ kemm jista’ jkun ċittadini ewropej jieħdu sehem f’attività fiżika jew sport matul il-ġimgħa bejn is-7 u t-13 ta’ Settembru 2015.

L-attività tas-Sitting Volleyball li ġiet organizzata minn Birkirkara Volleyball Club flimkien ma’ ParaVolley Malta, bl-għajnuna wkoll tal-Malta Volleyball Association, kellha l-għan li tħeġġeġ nies ta’ kull età u abilità fiżika biex jippruvaw dan l-isport inklussiv ġdid għal komunità lokali.

Id-dixxiplina tas-Sitting Volleyball hija sport paralimpiku li fih l-atleti jipprattikaw il-volleyball filwaqt li jkunu bilqiegħda mal-art.  Minħabba li x-xibka li tifred il-court hija aktar baxxa, kif ukoll il-court innifsu huwa iżgħar minn dak tal-volleyball, is-Sitting Volleyball, għalkemm ibbażat fuq ir-regoli tal-Volleyball, żviluppa f’logħba ferm aktar mgħaġġla.

L-attività li ġiet organizzata bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport attirat numru sabiħ ta’ individwi li riedu jippruvaw dan l-isport ġdid.  Għalkemm l-età tal-parteċipanti kienet tvarja minn sebgħa sa ħamsin sena, kif ukoll l-abilità fil-Volleyball kienet tvarja minn principjant sa’ nies b’esperjenza twila fil-Volleyball, madanakollu il-parteċipanti kollha setgħu jieħdu sehem fl-istess attività u jikkompetu kontra xulxin mingħajr l-ebda problema.

Kemm Onor. Dr. Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll Onor. Mr. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport attendew għal din l-attività fejn iltaqgħu mal-atleti kollha.  It-tnejn li huma sostnew il-fatt li l-isport mhux biss kapaċi jneħħi ħafna barrieri bbażati fuq abilità, iżda wkoll huwa kruċjali biex wieħed ikollu ħajja b’saħħitha.

Din l-attività ġiet sponsorjata wkoll minn General Soft Drinks u Cassar Camilleri Ltd.

Għal aktar informazzjoni dwar is-Sitting Volleyball wieħed jista’ jikkuntattja lill-ParaVolley Malta fuq l- email paravolleymalta@gmail.com.

 





Leave a comment