Sitta minn Sitta ghal Pawlisti

Sunday, September 29, 2013, 10:57

Minn Robert Busuttil


Hibernians ………..4

Qormi ……………….1


U l-mistoqsija retorika tal-gimgha l-ohra baqghet ghaddejja…Min se jwaqqaf lil Hibs? Wara li marru fil-vantagg wara biss 35 sekonda, il-Pawlisti baqghu jamministraw il-loghba u l-missjoni ghal Qormi kienet diga ghat-telgha.

Difficilment il-Pawlisti kienu qed jimmaginaw bidu daqshekk tal-holm. Huma kisbu sitt rebhiet minn daqstant loghbiet inkluz zewg konfronti diretti kontra Valletta u Birkirkara.  B’hekk huma jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika bi tmintax –il  punt, b’sitt punti vantagg fuq Valletta u Mosta li jinsabu fit-tieni post.

Min-naha tal-Qriema jkompli d-dizappunti assolut hekk kif minn sitt loghbiet tilfu hamsa.

Hibernians fethu l-iskor wara biss 35 sekonda meta Jackson di Lima Siquiera tefa’ kross fejn sab lil Edison Luis dos Santos li bir-ras sab lil ANDREW COHEN u dan ghamilhom 1-0.

Lanqas kien hemm cans ghal Qormi li jikkonsidraw u jikkontemplaw dan il-gowl li l-Pawlisti ma rduppjawx. Fil-fatt kien fir-4 minuta li CLAYTON FAILLA xehet ballun djagonali u fil-baxx li bih ma seta’ jaghmel xejn il-gowler Farrugia.

Hibernians, b’zewg gowls vantagg baqghu kmandi assoluti tal-loghba u azzjoni ta’ Tarabai spiccat b’Emerson Vella ta’ Qormi jkollu jiklerja l-ballun mil-linja fatali.

Il-Pawlisti baqghu gejjin u fis-16-il minuta xutt fil-baxx ta’ Marcelo Dias sab lil Matthew Farrugia attent. Tmien minuti wara frikik tas-solitu Jackson Lima sab lil Jonathan Pearson li b’xutt mill-ewwel laqat il-mimduda.

Dan kien il-preludju ghat-tielet gowl  tal-Hibs. Kien Cohen li xehet kross tajjeb lejn EDISON LUIS DOS SANTOS li b’daqqa ta’ ras gheleb lil Farrugia sabiex ghaqqad doppjetta personali.

Kif bdiet it-tieni taqsima rajna l-ewwel azzjoni denja ta’ nota tal-Qriema hekk kif xutt centrali ta’ Leighton Grech sab lil Muscat attent.

Izda din kienet azzjoni izolata minhabba li Hibs ma damux ma ghamlu l-kwaterna! Fis-67 minuta, is-solitu Clayton Failla avvanza mal-linja leminija u tefa’ kross lejn RODOLFO SOARES li bil-kalma kollha xehet bir-ras wara Farrugia.

Fl-74 minuta, is-sostitut Obinna Obiefule ghal Hibernians laqat il-wieqfa wara kross ta’ Dias.

Fit-78 minuta, Hibernians spiccaw b’ghaxra min-nies wara li Jean Paul Farrugia gie mkecci  mir-referi Fyodor Zammit.

Qormi skorjaw il-gowl tal-bandiera fis-86 minuta meta Leighton Grech qassam lil JORGE PEREIRA DA SILVA li wara li qabez xi difensuri Pawlisti, iddepozita l-ballun fix-xibka ta’ Muscat.

It-tisfira finali tar-referi Fyodor Zammit fissret aktar celebrazzjonijiet mill-partitarji Pawlisti li jinsabu fis-seba’ sema wara dan il-bidu eccezzjonali tal-benjamini taghhom.

 




1 Comment

  1. Gordon G Camilleri says:

    Foq din il-loghba min nahha tal-Qrima kull ma nista nghid ergajna konna DIZASTRU ! Veru ninsab inkwetat u jekk mangibux rizultati tajbin ma Halbalzan mal-Mosta MAL-Floriana u specjalment mar Rabat tIsta tghid li ikun wasal iz-zmien li nejdu caw il-premier Malti wara 5 snin. Min nahha lohra nawgura lil Pawlisti tar-record sabih li sa issa ghamlu.

    [Reply]

Leave a comment