Sitt ġrieden qed jimmanipulaw il-Kumitat – Johan Said

Friday, July 20, 2012, 23:00

minn Sandro Micallef

Hekk kif jidher li kważi kollox hu ċert li Manolito Micallef se jkun qiegħed jingħaqad ma’ Mosta FC għas-somma ta’ EUR50,000, dan is-sit eletroniku għamel kuntatt mal-ex President ta’ Floriana Johan Said sabiex jieħu r-reazzjoni tiegħu.

Johann Said jgħid li hemm "ġrieden" imexxu l-kumitat minn barra

Said mill-ewwel ikkonferma li l-informazzjoni li għandu hi li Floriana diġa daħlu deposit tat-transfer. Hu wera d-diżappunt tiegħu għal fatt li l-kumitat preżenti qiegħed iżarma dak li hu kien irnexxielu jibni f’sentejn. Said qal hekk “Ma nistax ma nuriex id-diżaprovazzjoni tiegħi għal fatt li sa min meta rriżenjajt jien ħlief aħbarijiet ta’ plejers jitilqu minn ma’ Floriana ma smajtx u dan jinkwetani ħafna bħala persunu li kont, għandni u nibqa’ nħobb lil Floriana FC”.

Mistoqsi jekk kienx sorpriż li Mano Micallef inbiegħ għas-somma rrapurtata ta’ EUR50,00 Said qal li hi somma li ħalliet qliegħ lil Floriana għaliex il-plajer kien inxtara inqas eżattament EUR38,000.

“Fil-Floriana FC hemm problema kbira bħalissa. Hemm sitt persuni  jew aħjar sitt iġrieden li qed jikkontrollaw il-funzjoni tal-kumitat, u sa fl-aħħar issa għandi l-provi li dawn kienu l-istess sitt persuni li għamlu konfoffa kontra tiegħu u kontra Matthew Carbone. Hija tal-mistħija li jien u Matthew ninsabu mhedda min nies Furjaniżi wara dak kollu li għamilna magħhom” żied jgħid Said.

Mistoqsi jekk hux se jagħmel xi sekwestru fuq il-flus li se jdaħlu Floriana Said qal hekk “Jien se noqgħod kwiet għalissa, ninsab imweġġa, imma meta jasal il-waqt nisplodi u noħroġ kollox fil-beraħ u meta toħroġ il-verita kollha dwar dawn is-sitt persuni li għamluli l-ħsara,  imbgħad il-Furjaniżi jevalwaw is-sitwazzjoni huma”

Meta mitlub jelenka l-ismijiet li qed jallega li huma l-ġrieden li huma viċin il-Kumitat u li għamlulu l-ħsara, Joahnn Said ikkumeta jekk: “Min huma kulħadd jaf, jien nappella lill-kumitat preżenti sabiex jagħrfu jieħdu d-deċiżjonijiet huma u jekk dawn is-sitt ġreiedn għandhom il-kuraġġ joħorġu għall kumitat u jekk huma tassew tajba f’xogħolhom jagħmlu dak li għamilt jien fejn f’inqas minn għġaxar xhurfejn  ġibt l-unur tat-Trophy lil Florian FC”

Ippressat sabiex jiżvela x’tip ta’ theddid qed jirċievi Said qal, li ħafna nies imtlew minn partita diskors mhux xieraq fil-konfront tiegħu u dan qed iwassal sabiex la hu u wisq iktar Carbone ma jistgġux l-anqas biss jersqsu lejn il-Club li ironikament infetaħ taħt il-Presidenza tiegħu stess.

Mistoqsi jekk il-paroli li qed jalludi hu hux paroli relatat mad-dejn li allegatament ħalla warajh, Said tenna hekk “Jien smajt dawn l-għajdut foloz ukoll, jien investejt fil-Club u alla ħares ikolli ngħidlek kemm sibt dejn jien meta dħalt fil-kumitat, pero’ minn hawn inwassal messaġġ lil dawk is-sitt ġrieden li jekk se jibqgħu jinsinwaw li jien ħallejt id-dejn nagħmel dak li għandi nagħmel sabiex toħroġ il-verita. Insemmi biss li jien għamilt kuntratti ta’ players bħal Tyronne Farrugia, Mano Micallef, Ivan Woods u oħrajn u dawn huma kollha assi tal-Club mhux dejn tal-Club.

Mitlub jikkumeta kif l-MFA ħadet id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja mill-Kumitat ta’ Floriana Said wieġeb li ħadd ma ndenja ruħu jċempillu u jsaqasieħ x’ġara. “Din l-MFA ta’ Darmanin Demajo u ta’ Bjorn Vassallo jirriżenja President u ħadd ma jara jew isaqasi x’ kienet ir-raġuni ! .”

Meta affrontat bl-argument tal-ittri anonimi li waslu għandu fuq allegat każ ta’ logħob ta’ Floriana irranġat, Said tenna li għadu qed jistenna r-rapport finali, fejn sfida u għamel appell lill-MFA sabiex tippublika l-aħħar informazzjoni li għanda dwar dawn l-ittri anonimi ħalli toħroġ il-verita ta’ min ipprova jitfa t-tajn fuqi u fuq Floriana FC.

Mano Micallef huwa s-seba’ plejer fis-sensiela ta’ plejers li telqu diġa jew se jitilqu lil Floriana fost l-oħrajn insibu lil Erik Akoto, Patrick Jensen, Ivan Woods, Pablo Doffo, Ande Grabovski u x’aktarx anke Duncan Pisani.

Nhar it-Tnejn li ġej fl-10am dan is-sit elettroniku se jkun qed jippublika l-lista li aħna nemmnu li Said qed jirreferi għalihom bħala ġrieden barra l-kumitat ta’ Floriana.





28 Comments

  1. Gahan says:

    Ha tippublkawha l lista tal grieden li weghdtu jew forsi nixtri 4 minnhom ghas serp li ghandi?? :)
    Diga 6pm u ghadna ma rajna xejn

    [Reply]

  2. greenforever says:

    Fejn hi il lista tal GRIEDEN li weghdna dan is sit eletroniku ? Suppost kellhom ixandruh xi 10 a.m ?

    [Reply]

  3. gii says:

     ga is sija u ma tfajtomx adek lismijiet sandro, qet nistenna , kun cert fuq ismijiet u laqmijiet sandro qabel twaddab hawn,,,,,,,,,,,,,,,,,,kemm qal xorti johan…..li hiereg al kusill ta floriana u jitla rih………….li ha johrog al kbira ma min ma nafx…………………………u ha jinkompeti lil dede,………………….dan johan lili ajdu alih.  jien lest li nikkonfrontah meta jrid ,…………..jien hekk inridu jisplodi u jpeclaq,,,,,,,,,,,,,,,,,jekk hu ragel 

    [Reply]

  4. Massimo Cassar says:

    Dak li qed jikteb taht l isem ta’ Massimo l iljun ahdar mhux jiena…xi ziblu!

    [Reply]

  5. gii says:

    int gurdien johan mela sitt grieden,,,,,,,,,int tfajt il furjana gibs, u taf xjien najdlek, int il glorja tijak biss rajt u tara, tisserva bnies bhal paris u tajd min wara dahar kulhadd bhalma qet lilna  flaqa wahdek mana u tpeclaq fuq shabek tal kumitat suppost int minajra ma kont tamel xej  u taf li xejn ……….jien il coffee il kbir

    [Reply]

  6. ic-che says:

    Albanizi li ha jiehdu hsieb l-club jew players? Ghax jekk dirigenti ma tantx hu xi haga sabiha hafna… 

    [Reply]

    ... Reply:

    dejjem jekk issehh verament, le mux ha jkunu involuti fil-club tana. dan huwa semplici sponsor. bhal ma clubs ohra andom sponsor tal-betting ha jkonna wiehed simili ahna. issa jek ux mill-albanija, uganda jew zimbabwe xorta l-aqwa li jejnuna. u fuq mafji albanizi u paroli zejjed li sar sadattant it-team nazzjonali tahhom qatt mamel it-tbazwir li amlu certa players maltin man-nazzjonal tana. tifmuni nahseb…

    [Reply]

    keith Reply:

    Imma dan vera mdahhal xi eks player/kowc albaniz li qed jghix Malta u kien mdahhal fxi kaz ta korruzzjoni???

    [Reply]

  7. keith says:

    Ejja ha nghalqulu halqu lil Said bdawn lalbanizi li ser ngibu

    [Reply]

  8. city says:

    Sur Said ejja u inaqad mat tim tal belt…ha tara is serjeta li jmexxi is sur vic u tkun spalla ma spalla mieghu

    [Reply]

    Eugenio Demanuele Reply:

    algida?

    [Reply]

    ... Reply:

    mux ha nohduwa bi kbira. ax dejjem qal li habib kbir ta xriha. jaqblu flimkin kieku ha najdlek :D

    [Reply]

    Massimo Cassar Reply:

    Mela intom mhux ALGIDA gbajtu taghjruh lil Johann ara vera LAQA First Class intom.

    [Reply]

    city Reply:

    Nitnejjek bik qijed massimooooooo

    [Reply]

  9. sandro zammi says:

     Nixtieq nirringrazzja lis sur joe w lis sur victor talli bis sahha taghhom w tal,players rispettivi li laghabu rebhuna is century w tal mitt sena minn fuq il GRIEDEN ghax dawn nizzulna BALZMUUUUUUUUUUU+ IL MALTA CUP.XI PJACIR MA JINTESEW  QATTTTTTTTTTTTT

    [Reply]

  10. VM says:

    min jaf kemm minn dawn il posts hemm minnhom ta dawk **** eee gifieri jilabuwa ta’ Furjanizi!

    [Reply]

  11. greenforever says:

    Jekk int ragel Sur Johan u thobb il Furjana ghati bhala donazzjoni il flus li slift lil club . Ftakar li fost l ohrajn int kont ghedtilna li tlift familja u sibt ohra fil club meta kont president. Tkompliex taghmel hsara lil club glorjoz taghna jekk vera thobbu. Bhala membru u issa ukoll bhal president onorarju ghandek dmir tigi id dar ( il club ) u taghti spjegazzjoni u tissostazja il fatti ta din li intrevista quddiem il membri tkunx kodard u tmur fuq il media fejn hadd ma jista jirrispondik.

    [Reply]

    Massimo l iljun ahdar Reply:

    Naqbel ma greenforever. Gie maghna biss biex ikabbar l popolarita. Insejtu kemm kien idahhaq fuq t tv u li darba qal fuq t tv li jisthi jghid li hu furjanis ma nahfirilu qatt.

    [Reply]

  12. Football lover says:

    Sur Said iehor minn tal-gallarija int. Irrangajthom biex hadt unur. Ipprova ghall-politika forsi tirranga pajjiz issa.

    [Reply]

  13. green blood says:

    sur said, meta persuna tohrog ghal presidenza trid tkun kapaci mhux ghal bnazzi biss imma al maltemp ukoll u mhux kif tara naqa maltemp tabbanduna u tibda tfajjar left right and centre, ftakar li int stess kont tghid li l-hwejjeg mahmugin taghna ma nohorguhomx barra u llum il-gurnata qed taghmel bil-maqlub int. kont int li edt li ha jkun hemm team kompetittiv al ewropa u taf bizzejjed xgara u dan ma nahsibx li andu tort min illum il-gurnata qed JGHIN lil club fil-maltemp li qieghed ghax dawn in nies li qed jghajnu, haqqom kull rispett u ghajnuna u mhux hsara ghax min ihobb vera il-club u jghid li hu furjaniz, gid jixtieq jara u jghin fejn hemm bzonn u president ta veru huwa dak il-bniedem li lil club jaghtih donazjonijiet u mhux jisilfu. jekk andek xi problemi ma xi hadd, ahjar tgahjdom lis-supporters mhux fuq il-media imma waqt laqgha fil-club li int bhala membru u bhala president onorarju ghandek dritt issejjaha. min hawn xorta nirringrazjak ta l-unur li dahhalt fil-furjana wara assenza ta hafna sin u ta dan nghajdlek grazzi kbira. ghad fadal hin biex jitrangaw l-affarijiet bil-kelma t-tajba soluzzjoni tinstab. 

    [Reply]

    green4ever Reply:

    Kif qallek ta qabli PRESIDENT JKUN DAK LI JAGHTI DONATIONS U MHUX SELF FUQ IL CLUB ghax kif ghamilt kulhadd kapaci jaghmila,,,,,Biex nkun car jien lanqas ma din lidea ta lalbanizi ma naqbel

    [Reply]

  14. Furjaniz pur says:

    Hbieb, temmnux Iil min hu qarrieqi! L-gherq ta’ kull problema li hemm fi floriana fc kont int sur said…

    Kieku kont minflokok kont nibza li tohrog il-verita. Il-hasra li ghad hawn bciecen li ghadhom jemmnuk.

    [Reply]

  15. GREEN says:

    Grazzi Johann jiena persuna li ielni hafna nsegwi u fejn nista nghin il-Floriana.fc u li bqajt warajhom kemm fit-tajjeb u wisq izjed fil-hazin pero bhalissa bridt jekk nista nghid hekk ghax ninkwieta ghalihom minn filghodu sa filghaxija bhalissa u nitlob li tohrog fil-berah il-verita mill-aktar fis possibli u nispera li dak kollhu li qed jinghad fuqek mhuwiex vera biex forsi nergghu narawk fit-tmexxija ghax team tal-football mhux flus biss irid imma mohh li jahdem sew fil-football bhal tieghek, ghax alkemm kien hemm mumenti li forsi int mal kumitat tieghek ghamiltu xi affarijiet jew hadtu xi decizjonijiet li forsi lili u lill certu supporters ma ghogbuhomx jew nahseb li setghu saru b’mod differenti nemmen li fl-ahhar mill ahhar minn ma jaghmel xejn ma jizbaljax jew minn ma jibdiex jidher ma jidhirx li zbalja!! Gibt unur fil-Floriana wara dawn is-snin kollha u mhux biss ferh kien hemm imma kien hemm emozzjonijiet kbar u kulhadd ferah dakinhar. ma ninsewx ukoll li minn qieghed jindahal fit-tmexxija minghajr ma ndenja ruhu jidhol fil-kumitat mhux talli ghamlu zbalji imma zball minnhom gravissimu li setgha tefghana f’divizjonijiet inferjuri u li huma kienu konxji ta’ dan meta sar li zball u dawn li stess nies ma kienux qed jidhru jissapportjaw il-Floriana meta ma baqghux fit-tmexxija mel allura mhumiex supporters veru nghid jien! Kuragg Sur Said u nitolbok minn qalbi li illum qabel ghada tohrog il-verita kollha iswed fuq l-abjad fuq dejn li hemm etc….biex minn ghandu jwarrab iwarrab u minn ghandu jerga jersaq lejn il-klabb jerga jsib postu hemm, GRAZZI!

    [Reply]

    ... Reply:

    xi hlew ta comments. irrangajtuna sur said u siehbek. imnalla tmorru thallu xi intervista ha nisimaw ftit bikom…

    [Reply]

  16. ... says:

    hadd m’ghadu jemmnek sur said li tisthi li int furjaniz…

    [Reply]

  17. cityboy says:

    Tghid ta limramma il-grieden?

    [Reply]

  18. JS says:

    Grazzi Johann ta kull mamilt mal furjana specjalment ghat trophy li nizlet ghasel min fuq l girien. Ta dax xoghol nibqghu grati sakemm immutu. 

    [Reply]

    Massimo l iljun ahdar Reply:

    Kemm hallasna qares ghal pjacir ta 24 siegha kollox. Tefana gibs tac cirklu

    [Reply]

Leave a comment