Sitt Ewro – Il-Prezz il-ġdid għall-Premier

Thursday, September 9, 2010, 20:45

minn Caroline Attard.

L-MFA niediet inizjattiva għall-prezzijiet ġodda fid-dħul għall-partiti tal-kampjonat domestiku. Il-prezz tad-dħul li sa l-istaġun l-iehor kien ta’ 8 Euro għall-adulti u 4 Euro għan-nisa u tfal se jsir ta’ 6 Euro għal kulħadd, inizjattiva li se tiġi attwata minn dan il-weekend stess.

Antoine Portelli jindirizza l-media l-Ħamis

Antoine Portelli jindirizza l-media l-Ħamis

Dan tħabbar mit-Teżorier il-ġdid tal-Malta Football Association Antoine Portelli f’konferenza stampa li saret il-Hamis wara nofs in-nhar fis-Centinary Hall f’Ta Qali. F’din il-konferenza stampa ġie mħabbar ukoll li mhux se jinħargu season tickets iżda ma eskludiex il-possibilta’ li ssir inizjattiva bi prezzijiet speċjali għat-tieni fażi tal-kampjonat jiġifieri fl-istadju taċ-Championship u r-Relegation Pool.

Din id-deċizjoni ttiehdet wara laqgħa li saret mal-klabbs tal-Premier fejn qablu unimament li jitbiddel il-prezz. L-MFA ħabbret ukoll li minn din is-sena il-qligħ mill-Gate Money se jmur kollhu għall-klabbs u l-MFA mhux se żżomm l-40% li kienet iżomm fis-snin l-imgħoddija wara li jinqatgħu l-ispejjeż.

Qal ukoll li Gate Money fis-snin l-imgħoddija kien jingħata lill-klabbs kull tlett jew erba’ xhur iżda b’efett immedjat, l-MFA qed tikkometti ruħha li dak li hu dovut lil klabbs ser jibda jigi mhallas kull xahar. Ġie mgħaruf ukoll li se jingħataw biljetti ta’ akkreditazzjoni speċjali lill-coaches kollha attivi li għandhom  il-liċenzja UEFA A u B biex ikollhom aċċess għall-Istadia kollha.

Portelli ħabbar li s-sistema tal-10 passes li l-MFA kienet tagħti lill-istewards ġiet temporarjament sospiża u se jibdew jingħataw 5 passes lill-helpers tal-armar u 5 passes oħra lis-supporters’ clubs fl-eventwalita’ li tinġieb il-banda.

Tkellem ukoll Mark Attard, Media Officer tal-kampjonat domestiku fejn ħabbar li se tibda tiġi organizzata konferenza stampa wara l-lobgha tal-ġimgħa u teżiti wkoll il-possibilita’ li tiġi organizzata konferenza kull ġimgha bħala previzjoni għall-partita tal-ġimgħa

Mistoqsi dwar kif jaħseb illi se jkun ir-rispons tas-supporters u l-pubbliku ġenerali dwar ir-riforma fis-sistema tal-biljetti, Antoine Portelli rrisponda li kollox jiddependi mill-mod ta kif l-aħbar se tiġi irrapurtata fil-Media. Hu żied jgħid li jinsab perswaz li l-pubbliku qed jifhem u japprezza din l-inizjattiva tal-MFA li traħħas il-biljetti tal-adulti b’żewġ euro u tħalli l-prezz tan-nisa u tfal daqs dak tal-irġiel.

Hu spjega li skond l-istatistika miġbura mid-dipartment tal-finanzi f’dawn l-aħħar snin, jirriżulta li kieku din is-sistema l-ġdida ġiet introdotta qabel, il-klabbs kienu jdaħħlu aktar mill-Gate Money. Finalment hu spjega li l-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva kien sabiex jakkomoda lill-Klabbs peress li l-MFA hi konxja bil-problema finanzjarja li qed jaffaċjaw l-istess klabbs u trid tgħin sabiex  jizdied il-cash flow għalihom.





11 Comments

  1. el Tigre says:

    lili personalment li ghadni student, din id-decizjoni tolqotni tajjeb. jien qatt ma stajt nifhem il-ghala nisa jhallsu nofs il-prezz tal irgiel…mela fejn irridu nghixu f’socjeta ugwali u fejn irridu le?

    [Reply]

  2. eman says:

    kiku int serju kont tmur u tiraporta u mux toqod isib l- iskuzi jaqaw int wahdek tmur il ground u frankajt xi 2 ewro ?

    [Reply]

  3. Richard Chetcuti says:

    Now we know that Malta Football Association exists. The President and all the MFA are doing good things in football

    [Reply]

  4. jerry says:

    Fil kaz li xi loghba tinlaghab f tal hamrun u l- hibs, il gate money se jinqasam xorta jew immorru kollha al club tal hamrun jew il hibs ax ekk dawn il clubs ikunu qed jilghabu fl-istadium taghhom

    [Reply]

  5. Suporter says:

    wajma kem se jitilu nis il grawnd. cant wait :D :D:D

    [Reply]

  6. warren Bugeja says:

    hahahaha!!!! Tajba eh…. Sewwa kienu jghidu xi uhud… Ahjar Dr Mifsud ghax tkun taf fejn qieghed mieghu… L ahwa dan ghadu bidu… L-ewwel wehda mhux imwettqa… imbasta kollu manifesti elettorali bil weghdiet…
    Viva id-DEDE… qed tara fejn gabkom hux…

    [Reply]

  7. wenzu says:

    tajjeb min flok naraw kif ha nigbdu nies lejn il ground qed ingerxuwhom u il prezz tal milenjum side kemm ha jkun?

    [Reply]

  8. eman says:

    tajeb morna mela qabel kont inhallas 16 ewro ,ragel,mara,u tifel u isa bl-inizjativa il gdida se nhallas 18 ewro ,mela triq wahda baqali noqod nara lob fuq it tv u by by il ground. grazzi ta l-inizjativa il gdida . caw caw

    [Reply]

    Supporter Reply:

    Ma nafx ghalfejn l-inzjattiva ma ntghogbitx. Barra minn Malta ta’ kull seat li tuza thallas irrispettivament intix ragel, mara, tifel jew tifla. Pjuttost tidher inizjattiva biex taqta’ abbuzi li kienu jsiru fejn irgiel jidhlu bil-prezz tat-tfal ghax ‘jafu lil xi hadd’! Keep it up MFA.

    [Reply]

    Kummentatur Reply:

    Għal żewġ ewro qed tagħmel għaġeb?

    [Reply]

Leave a comment