Sistema ta’ biljetterija ġdida fl-istadia lokali

Monday, July 4, 2011, 13:57

minn Cristian Muscat

Il-pjanijiet biex tiġi introdotta sistema ta’ biljetterija elettronika għad-dhul fl-istadia varji jinsabu fi stadju avvanzat. Meta tkellem matul laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret nhar is-Sibt, it-teżorier tal-MFA Antoine Portelli spjega r-raġunijiet wara dawn il-pjaniiet, fosthom dik li jitnaqqas l-abbuż kif ukoll li jkollna sistema ta’ biljetterija iktar moderna. Is-software tal-biljetterija diġa’ ġie identifikat u l-mfa qiegha taspira li jkollha is-sistema mhaddma meta jibda l-kampjonat BOV Premier fit-tielet ġimgha t’ awwissu. Fil-gimghat li gejjin se jigu installati magni ta’ kjarifika tal-biljetti fl-istadia li fihom jintlghab il-kampjonat BOV Premier waqt li l-aċċess għall VIP areas se jsir ukoll permezz ta’ cards manjetiċi.

Eventwalment magni simili ta’ kjarifika se jiġu nstallati wkoll fi stadia ohra li se jospitaw kompetizzjonijiet ohra tal-MFA fi stadju avvanzat, fosthom fil-Luxol Stadium, fic-Charles Abela Stadium fil-Mosta, fis-Sirens Ground kif ukoll fir-Rabat Ajax Ground fl-Imtarfa. Ukoll permezz ta’ din is-sistema ġdida ta’ biljetterija, biljetti għal-loghbiet tal-futbol se jkunu jistgġu jinxtraw minn fuq l-internet.





4 Comments

  1. karkariz says:

    il punt hu li jekk specjalment tkun it tieni loghba ghax ghandi nitla fis 1.00 il ground jien???ara intkom mill dinja kollha jarawkom….

    [Reply]

  2. karkariz says:

    Idea tajba imma ha jkunu innumerati is-seats??Ghax inkella ghalxejn nixtrih online ghax xorta irrid nitla kmieni biex nsib post tajjeb

    [Reply]

    VallettaSupporter Reply:

    bilmod ghax nahseb tibza li ma sibx post l-encloser ux peresli jitilu 25,000 elf supporter jaraw il loghob taghkom. loool u halina karkariz

    [Reply]

  3. julio says:

    Dan huwa kollu frott ta tmexxija moderna u trasparenti.Ghalhekk emmint fil-President is-sur Norman Darmanin Demajo sa mill-bidu nett. Il-hsibijiet li ghandu huma progressivi u jaghmlu gid lil futbol direttament u indirettament.B’dawn il-hidmiet li forsi ftit jafu kemm xoghol jirrikjedu u kemm hsieb sabiex taghmel dak li hu ta gid ghal klabbs taghna. Dan mhuwiex l-ahhar progett , hemm hafna aktar x nistennew fil-futur qarib.

    [Reply]

Leave a comment