Sirens jiehdu rebha importanti

Wednesday, June 26, 2013, 16:18

Sirens akkwistaw rebha importanti meta huma ghelbu lil Otters bl-iskor ta` 8-6. L-ewwel sessjoni ghalqet bl-iskor ta`1-1. Kien il-captain David Cutajar li pogga lil Sirens fil-vantagg izda Otters gabu d-draw permezz ta` Romain Blary.

Fit-tieni sessjoni Sirens rebhu facilment bl-iskor ta` 3-0. il-goals wasslu minn Zak Mizzi, Kiss Csaba u Alex Attard. Fit-tielet sessjoni Otters wettqu rimonta qawwija meta huma rebhu bl-iskor ta` 3-2. Kienu Otters li marru 3-0 minn fuq f`din is-sessjoni bil-goals ghalihom jasslu minn Peter Borg u Cupic Vojaslav li skorja doppjetta. Ghall- Sirens skorja doppjetta l-captain David Cutajar.

Fir-raba u l-ahhar sessjoni Sirens irnexxilhom izommu draw ta` 2-2 biex finalment rebhu l-partita 8-6. il-goals ghall-Sirens f`din is-sessjoni wasslu minn David Cutajar, u Andrew Zarb Cousin. Min-naha l-ohra Peter Borg u Cupic Vojaslav skurjaw ghall-Otters.





Leave a comment