Sirens ASC jipparteċipaw fl-Inaugural Short Course fl-Ingilterra

Thursday, November 17, 2016, 21:15

Gavin Muscat

Fil-21 ta’ Ottubru Sirens ASC ħadu sehem bi skwadra ta’ 21 għawwiem fl-Inaugural Short Course Premiere Meet f’High Wycombe f’kompetizzjoni ma’ clubs promettenti minn South East England.  Siens rebħu 6 deheb,10 fidda u 2 bronż kif ukoll kellhom rata ta’ 95% ta’ titjib tal-ħinijiet personali.

Kyle Buhagiar kien dominanti fl-Age Group tiegħu u rebaħ deheb fil-50m free, 50m fly,100m u 200m free kif ukoll fil-200m IM.  Kyle tejjeb 4 mill-5 ħinijiet personali tiegħu.  Andrea Mallia rebaħ deheb fil-200m breaststroke b’ħin ta’ 2.37.03, ħin ġdid għalih u ftit wara rebaħ fidda fil-100m breaststroke.  Rudi Spiteri kompla fejn ħallew Kyle u Andrea u rebaħ 4 fidda u tejjeb il-ħinijiet personali tiegħu fil-50m u 100m fly.  Nick Sammut rebaħ bronż fil-50m fly.

Il-bniet ukoll marrutajjeb.  Alexandra McGonigle mhux biss kellha ħinijiet aħjar imma rebħet fil-50m u 100m freestyle, 100m u 200m breaststroke.  Filwaqt li Jessica Powell rebħet bronż fil-50m freebil-ħin ta’ 29.14

L-għawwiema żgħar ma setgħux jikkompetu għall-midalji imma kellhom sodisfazzjon ukoll.  Emily Grech Carrgħamlet il-200m freestyle f’2.31.21 biex tejbet il-ħin personali tagħha b’7 sekondi; Julia Micallef kisbet ħin ġdid ta’ 1.11.76fil-100m free; Sasha Gatt naqset il-ħin tagħha b’żewġ sekondi fil-50m breaststrokefilwaqt li Haley Pawley Neame tejbet il-ħin personali b’5 sekondi meta għamlet il-100m breaststroke f’1.31.61

‘Dan kien Meet ta’ kwalità u l-iskwadra kollha marret tajjeb,’ ikkummental-Head Coach Craig Gibbons.  ‘Impressjonawni ħafna ż-żgħar li ma qatgħux qalbhom mill-livell għoli ta’ din il-kompetizzjoni u spiss kellhom jikkompetu f’Age Group ikbar kontra għawwiema  b’records nazzjonali. Prosit l-iskwadra kollha.  F’dan il-Meet ma bqajniex il-Club żgħir li ma jafu ħadd minn gżira ċkejkna.  Nassigurakom li l-coaches Ingliżi wissew lill-għawwiema tagħhom biex ma jafdawx lill-Maltin.  U dan jagħmilni tassew kburi.’

Lura Malta Sirens ASC komplew b’aktar suċċessi fl-Age Group Time Trials li nżamm fit-30 ta’ Ottubru fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.





Leave a comment