Sirens AFC jipparteċipaw fi Sqallija

Thursday, January 28, 2016, 19:43

Gavin Muscat

Għall-aħħar attività tas-sena, fil-vaganzi tal-Milied, Sirens ASC marru Paterno jieħdu sehem fil-Coppa Panettone jikkompetu ma’ 334 għawwiem minn 23 Club ta’ Sqallija.

Din il-kompetizzjoni serviet ta’ opportunità eċċellenti sabiex Sirens ikomplu għaddejjin bit-taħriġ rigoruż tant meħtieġ biex l-għawwiema jiksbu ħinijiet aħjar u jtejbu t-teknika kompetitiva li jservuhom tajjeb lokalment kif ukoll barra minn xtutna.

L-isforżi ma jaqtgħu xejn tal-coaches kellhom riżultati tajbin.  Fl-2014, fl-istess kompetizzjoni kisbu 2 midalji biss mentri din id-darba kisbu 8 midalji: 1 deheb, 5 fidda u 2 bronż.  Il-fidda fil-4×50 medley relay kienet suċċess notevoli u flimkien mal-ħinijiet personali aħjar mill-għawwiema kollhadan il-meet kien ta’ sodisfazzjon għal kulħadd.

Suċċess meritat.  Ix-xogħol tal-Coach Cat u tal-Head Coach Daniela Deguara Gatt qed jagħmel lill-għawwiema aktar b’saħħithom, ħfief u smart. Mistenni aktar xogħol iebes u taħriġ mhux fil-għawm biss imma anki fl-istudju.  Il-għan ta’ Sirens ASC huwa li l-għawwiema jiksbu suċċess fil-pixxina u fl-iskola.  Hekk tinsisti l-Head Coach. ‘Is-suċċess joħloq aktar opportunitajiet għat-tfal tagħna. Il-futur għalihom, għat-team u għal Malta jidher jipprometti ħafna.  Dan huwa l-għan tagħna.’





Leave a comment